Where your opinion counts

Kienet deċiżjoni għaqlija li għoxrin sena ilu daħlna fl-Unjoni Ewropea

Minn osservatur politiku

Id-deċiżjoni li ttieħdet għoxrin sena ilu li Malta tkun parti mill-Unjoni Ewropea tat riżultati tajbin ħafna. Żgur li ma bqajniex pajjiż qisna qasba tixxejjer mar-riħ imma dħalna parti minn unjoni li ħlief ġid ma għamlitilniex.

Il-viżjoni ta’ Eddie Fenech Adami poġġiet lil Malta f’unjoni li minnha ħareġ ħafna ġid. Li qiegħdin parti minn grupp kbir ta’ stati membri fl-Unjoni Ewropea poġġietna f’pożizzjoni li nakkwistaw ħafna iżjed milli konna obligati nagħtu. Illum nistgħu ngħidu li l-poplu Malti u Għawdxi kollu jaqbel li dan il-pass kien ta’ ġid kbir għal pajjiżna.

Dan il-pass għin biex pajjiżna javanza minn kull angolu possibbli. Malta, l-iżgħar stat fl-Unjoni, tana vuċi mal-pajjiżi l-kbar u ta’ l-possibilita’ li l-Prim Ministru tagħna jpoġġi mal-mejda ma’ Prim Ministru ta’ pajjiżi ħafna ikbar u jkollu sehem fid-deċiżżjonijiet li jittieħdu.

Wieħed irid jammetti li fil-bidu ma kienetx faċli meta tiftakar li pajjiżna ried jidħol fid-dinamika tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Ħadna ż-żmien tagħna biex sibna postna imma għalkemm kien hemm dawn id-diffikultajiet kollha, xorta wara għoxrin sena dik id-deċiżjoni kienet l-aħjar waħda li pajjiżna seta’ ħa.

Illum nistgħu ngħidu li dawk li riedu Svizzera fil-Mediterran akkwistaw anke huma mill-parteċipazzjoni sħiħa ta’ pajjiżna. Illum nistgħu ngħidu li l-Partit Laburista li kien jopponi f’ħiltu kollha kontra d-dħul tagħna, qed jaħseb b’mod mill-aktar pożittiv dwar l-inklużżjoni ta’ pajjiżna f’din l-Unjoni. Illum nistgħu ngħidu li kulħadd, ġej minn liema partit ġej, jikkonkludi li kien jaqbel ħafna li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.

Il-pożizzjoni tagħna fl-Unjoni Ewropea għinet mhux ftit biex Malta jkollha dawk l-opportunitajiet idejali biex issaħħaħ l-ekonomija tagħha. Wasalna fi stat fejn nistgħu ngħidu li ma għandniex nuqqas ta’ impiegi u qed ingawdu minn turiżmu b’saħħtu ħafna. Malta użat miljuni kbar ta’ euro biex tkun tista’ tgħin issaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna. Dawk il-flus li ġew akkwistati mill-Unjoni fetħulna t-triq biex ikollna ħafna opportunitajiet ta’ xogħol, fetħulna triqat ġodda għall-iżvilupp, ħadnet ħafna iktar is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna u pajjiżna kompla żewwaq il-ġid fl-istorja u fil-patrimonju.

L-Unjoni Ewropea għinet biex ikollna stabilita’ legali ħafna iktar b’saħħita, fejn immodernizzajna s-sistema ta’ ġustizzja, fil-fatt il-viżjoni kienet li jkollna ħafna iktar qafas leġislattiv li pajjiżna kellu bżonn.

L-Unjoni Ewropea fetħet it-triq għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex jimirħu f’pajjiżi differenti fuq il-kontinent. Din kompliet issimplifikat il-ħajra li studenti Maltin jistudjaw f’pajjiżi differenti fil-kontinent. Illum iż-żgħażagħ qed iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħala il-ġenna li hawn Malta ma humiex isibu. Fil-fatt il-maġġoranza tal-istudenti qed jgħidu li jixtiequ jkomplu l-istudju jew jaħdmu f’pajjiżi differenti li jħossu li joffrulhom futur ħafna aħjar.

3 thoughts on “Kienet deċiżjoni għaqlija li għoxrin sena ilu daħlna fl-Unjoni Ewropea

  1. Il-PN t’illum rieqed raqda prima. Zzzzzzz. 20 sena I’ll kien partit irvillat. Illum najxu u gay.

    1. So true. No comparison between the PN of today and the PN of two decades ago. One had a leader with a mission and the other has a leader in search of a mission.

  2. Opinjonisti? Min huma?

    B’kull rispett lejn dan l-osservatur politiku.

    Biex iggorr dan it-tip ta’ titlu irid ikollok certa ghax fíen politiku.

    1. Íd-dhul ta’ Malta fl-UE ma kienetx holma ta’ Eddie Fenech Adami, imma tal-PN minn meta Malta kisbet l-Indipendenza.

    2. Il-partit Laburista ma kienx kontra l-UE imma kien qed ihares lejn mudell ta’ partnership agreement qabel ma jidhol membru shih.

    3. Ejja ma ninsewx li fi zmien il-PN il-budgets ma kienux qed jigu approvati mil-UE u gejna mitfugha f’excessive defecit procedure.

    4. Rigward fondi Ewropej, Malta thallas il-flus bhala membru, u fi zmien il-PN bosta fondi ma ibenifikajnix.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *