Where your opinion counts

X’jaħseb Randolph De Battista dwar il-karikatura ta’ Illum dwar Cyrus Engerer?

Matul din il-ġimgħa kellna lil Cyrus Engerer fl-aħbarijiet. Min-naħa tiegħu, Cyrus Engerer tana l-aħbar li Robert Abela kien qed jiġri warajh biex jerġa’ joħroġ ghall-MEPs. Wisq probabbli, Engerer għamel il-kalkoli tiegħu u nduna li mhux ser jitla’. B’hekk iddeċida li jibqa’ barra.

Min-naħa, l-oħra Cyrus Engerer qal li Malta għandha bżonn bidla fil-politika tagħha. Dan wassal għall-ħafna spekulazzjoni li Engerer ser jingħaqad ma’ formazzjoni ġdida li jidher li ser titwaqqaf. Din l-istorja kienet suġġett ta’ karikatura tal-gazzetta Illum.

F’din il-karikatura qed jissemma il-fatt li Cyrus Engerer kien interessat fil-kariga li għandha bħalissa Marlene Bonnici. Kien dan is-sit li żvela dan l-interess ta’ Cyrus Engerer. Dan is-sit kien qal li Cyrus Engerer, minn rajh, kien qed jitlob lill-Prim Ministru biex jagħtih din il-kariga. Imma din il-kariga, Engerer ma ħadhiex. Wisq probabbli dan il-fatt huwa r-raġuni għal dan l-inkwiet kollu fil-Partit Laburista. Jidher li l-Prim Ministru xtaq jagħti din il-kariga lil ħaddieħor. Kien qed jissemma’ wkoll ċ-chief of staff tiegħu, Glenn Micallef. Issa jidher li ser tibqa’ fiha Marlene Bonnici.

Imma waqt li l-Malta Today tgħajjarni li qed ngħid il-ħmerijiet, fl-istess waqt il-media tagħha tikkonferma l-aħbarijiet li qed nġib f’dan is-sit, inkluż dik li Cyrus Engerer kien interessat fil-post ta’ Marlene Bonnici fi Brussell.

Imma dawn il-posts ta’ Engerer ikomplu jimbarazzaw lil Randolph De Battista peress li Engerer hu l-partner tiegħu. Randolph De Battista hu ċ-CEO tal-Partit Laburista u ddaħħal fil-parlament fuq deċiżjoni diretta ta’ Robert Abela. De Battista l-anqas biss ikkontesta elezzjoni u ħabbat bieb. Issa l-partner tiegħu, Cyrus Engerer, spiċċa liability kbira għall-istess prim ministru.

Dan hu l-messaġġ ta’ Randolph De Battista lil maħbub tiegħu Cyrus Engerer.

F’dan il-kuntest, nixtieq nistaqsi lil Randolph De Battista jekk iħossx li l-karikatura ta’ Illum hix omofobika jew le peress li fiha alluzzjoni għar-relazzjoni sesswali bejn l-irġiel. L-espressjoni ta’ “musmar f’sorm il-Lejber” għandha fil-kuntest Malti alluzzjoni ta’ gayyaġni. Il-kelma musmar qed tintuża bħala ewfemiżmu għall-kelma “żobb”.

Qed nistaqsih dawn l-affarijiet peress li Randolph De Battista jħobb jattakka lil dawk li jikkritikawh bħala omofobi. Allura hu interessant li wieħed ikun jaf jekk Randolph De Battista jqisx din il-karikatura bħala waħda omofobika.

One thought on “X’jaħseb Randolph De Battista dwar il-karikatura ta’ Illum dwar Cyrus Engerer?

  1. Dawn it-tnejn ihawduni. Minn minnhom ghandu musmar? U min it-toqba? Tfal ghandhom? Jew iweldu biss, ha nkun uzajt il-kelma tal-Onorevoral Debattista, “il-hara”?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *