Where your opinion counts

Il-PN qed ikun falz meta jattakka d-deċiżjoni tal-Awtorita’ tax-Xandir dwar kif għandhom ikun trasmessi aħbarijiet marbuta ma’ Roberta Metsola

Minn Edwin Vassallo

Il-Broadcasting Authority ħareġ direttiva fejn talbet għal aktar attenzjoni dwar kif tkun trasmessa informazzjoni marbuta ma’ aħbarijiet relatati mal-parlament Ewropew. Minħabba li din id-deċiżjoni tal-Broadcasting Authority laqtet ħażin lil Roberta Metsola, il-PN ħareġ jgħid li hija ħażina u deċiżjoni anti-demokratika. X’falsita’ ta’ argument!

Sewwa jgħid il-Malti,”kulħadd iħokk fejn jgħorku”. Għal PN id-deċiżjoni tal-Broadcasting Authority hija anti – demokratika għaliex skont il-PN din tammonta għal ċensura. Iżda dwar l-iskeda tad-dibattiti lejliet elezzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti, dan qiesu ma ġara xejn. Ma qalu xejn.

F’pajjiżna għandna ċensura kontra l-kandidati indipendenti u l-partiti ż-żgħar u ħadd ma jgħid xejn, Noqogħdu ngħidu għal Putin. Imbagħad kemm Robert Abela u Bernard Grech jagħmlu bħalu fil-konfront tal-partiti ż-żgħar u kandidati indipendenti.

Infakkar li huma l-partiti l-kbar li jinnominaw il-persuni fuq il-Broadcasting Authority. Il-persuni li hemm, huma kollha nnominati minn Robert Abela u Bernard Grech. Dawn ibierku u jikkonfermaw skeda ta’ dibattitu inġust li ma jimpurta xejn milli twettaq ġustizzja u toħloq ugwaljanza mal-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti. L-iskeda tiffavorixxi lill-kandidati kbar.

Qatt ma kont nobsor li f’pajjiżna għandna min jimpurtah li jkollna ċ-ċensura. Jien ili sentejn vittma taċ-ċensura mill- mainstream media f’pajjiżna. Jien kandidat u nemmen fil-messaġġ nisrani. Imma għaliex jien nisrani, anki l-media tal-kurja teżerċita’ ċensura kontra tiegħi.

Jien kandidat nisrani fil-politika iżda din il-media, inkluż dik tal-kurja qegħda hemm biss għal-liberali. Għal din il-media, jien il-ħażin. Dan kollu għaliex jien konservattiv u nemmen fil-messaġġ nisrani. B’hekk, illum trid tkun Kommunist u woke biex tkun kattoliku tajjeb. Jekk ma tkunx hekk, tkun mgħajjar bħala right winger.

Jien kburi li jien kandidat kontra l-abort. Jien kburi li jien kandidat favur il-familja. Jien kburi li jien kandidat favur iż- żgħir. Għal dan kollu, jien niġi ċċensurat mhux biss mill-BA li ma tagħtix spazju indaqs lili daqs kemm tagħti lill-kandidati oħra tal-partiti l-kbar, imma anki mill-media tal-liberali, dik suppost indipendenti u tal-kurja.

Dan pajjiż li bil-media tiegħu jgħajjar lil Putin, iżda fil- prattika jagħmel iċ-ċensura aktar minnu. Dan kollu bil-barka tal-valuri ta’ Kajjin li llum saru l-valuri tal-Unjoni Ewropea. Din hija Ewropa li l-ħin kollu titkellem fuq id-demokrazija, l-ugwaljanza, ir-role off law u l-ġustizzja, imma mbagħad tipprattika ċ-ċensura fuq min ma jaqbilx magħha.

Kull kelma hija sabiħa iżda kollox sar finta. Il-valuri twarrbu u l-flus qed jikkmandaw kollox.

One thought on “Il-PN qed ikun falz meta jattakka d-deċiżjoni tal-Awtorita’ tax-Xandir dwar kif għandhom ikun trasmessi aħbarijiet marbuta ma’ Roberta Metsola

  1. Is-sistema Russa għall-elezzjonijiet presidenzjali taħdem fuq sistema ta’ nomini. Kull kandidat prospettiv irid jiġbor 5000 nomina. Jekk kandidat ma jiġborx dawn in-nomini minn pajjiż ta mija u ħamsin miljun allura hija ovvja li l kandidatura tiegħu diġà falliet qabel ma bdiet – b’hekk is-sistema Russa tassigura li l-kandidati finali huma serji u ma jkunx hemm ħela ta ħin u ta rizorsi. Għall-elezzjonijiet parlamentari in-nies jivvotaw għal kwalunkwe membru parlamentari li jridu. Biex wieħed ikun kandidat irid ikun ċittadin Russu biss ma jistax ikollu ċittadinanza doppja u ma jistax ikollu kontijiet bankarji barra mill-pajjiż, dan sabiex il-kandidat ma jkollu l ebda konflitt ta lealtajiet u biex ma jkunx suġġett għar-rikatt finanzjarju minn interessi barranin. Ma jistgħux lanqas jirċievu fondi minn barra l-pajjiż. Mank kellna sistema bħal tar-Russja u mhux waħda bħal li għandna aħna. Is-sistema tagħhom tassigura li l-politiċi jaħdmu fl- interess tar-Russja mentri f tagħna hija ovvja li ħafna huma dawk li qed jaħdmu għall-interessi barranin

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *