Il-ħabs ikompli jinfaqa bid-droga

Bħalissa, waqt li qed jiġi ppubblikat dan l-artiklu, qed isiru testijiet tal-awrina fid-Diviżjoni tan-nisa. Sa issa diġà nstabu tliet nisa pożittivi għall-kokaina.

Fid-Diviżjoni tan-nisa bħalissa hemm is-sezzjoni tal-klieb tal-ħabs li qed tfittex għad-droga. It-tliet priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga nqaflu fis-single room jew, kif qed insejħulha llum, fl-observation room.

Uffiċjali korrettivi li tkellmu magħna qalulna li baqgħu skantati li ħadd mill-amministrazzjoni ma resaq lejn il-ħabs, iżda żammewhom infurmati permezz tat-telefon biss. “Il-vapur miexi għal riħu,” qalulna l-uffiċjali li kkomunikaw ma’ dan is-sit. Uħud mill-priġunieri ilmentaw minn telqa kbira u li kulħadd jagħmel li jrid, temm jgħidilna wieħed mill-uffiċjali.

2 thoughts on “Il-ħabs ikompli jinfaqa bid-droga

  1. Dak li jigri meta ceo u coo jitfaw il pajzana jmexxu bhal psikologi u social wirkers, ara fejn jfhmu dawn fis sigurta u jwaqqaw il kelma tal ufficjai u snke l ordnijiet

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading