Il-Baġit u l-Immaniġjar tal-Iskart

Minn Osservatur politiku

Il-Baġit ta’ Malta għall-2025 indirizza l-immaniġġjar tal-iskart, għalkemm xi sorsi jissuġġerixxu li hemm bżonn isir aktar f’dan il-qasam. Il-baġit inkluda inizjattivi bħal impjant ġdid għar-riġenerazzjoni tal-iskart goff, pjanijiet għal aktar spazji ħodor pubbliċi, u enfasi fuq l-immaniġġjar tal-iskart bħala parti mill-istrateġija usa’ biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Madankollu, xi kritiċi osservaw li l-baġit jonqos milli juri viżjoni ċara f’dan il-qasam u ma jindirizzax biżżejjed il-problemi strutturali eżistenti, bħal id-dipendenza tal-pajjiż fuq miżbliet u l-isfidi biex jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ.

Malta pajjiż żgħir imma b’popolazzjoni attiva u l-livell ta’ konsum għoli, qed tiffaċċja kriżi ambjentali li ħafna drabi ma titkellimx dwarha b’mod ċar, il-problema tal-iskart u l-plastik. Ħafna mill-prodotti li nużaw kuljum, minn kontenituri tal-ikel, fliexken tal-plastik, sa imballaġġ li jintrema jispiċċaw fl-art jew fil-baħar, jikkontribwixxu għat-tniġġis u jħallu impatt fuq l-ekosistemi tagħna.

Għalkemm il-Gvern u NGOs bdew kampanji ta’ edukazzjoni u xi restrizzjonijiet fuq il-plastik, ir-realtà hi li ħafna ċittadini għadhom ma jsegwux il-prattiċi sostenibbli. Riċiklaġġ mhuwiex uniformi, u l-infrastruttura f’xi lokalitajiet mhix adegwata. Il-pressjoni fuq l-ambjent qed tiżdied, u l-iskart qed isir problema dejjem aktar viżibbli fil-baħar, fil-kosta u anke fi ħdan il-bliet u l-irħula.

Ir-realtà hi li ġestjoni tal-iskart mhux biss kwistjoni teknika iżda kwistjoni ta’ kultura u responsabbiltà soċjali. Malta għandha bżonn sistema fejn regolamenti ċari jaħdmu id f’id ma’ edukazzjoni effettiva. Mhux biżżejjed li tħalli punt ta’ ġbir ta’ riċiklaġġ f’kull lokalità għax irid ikun hemm kampanji kontinwi li jħeġġu ċ-ċittadini biex jipparteċipaw u jfittxu soluzzjonijiet sostenibbli.

Minflok naraw is-sostenibbiltà bħala xi ħaġa għal futur, irridu narawha bħala investiment dirett fil-pajsaġġ u l-ekosistemi tagħna. Ġestjoni effettiva tal-iskart u tnaqqis tal-plastik mhux biss inaqqas it-tniġġis, iżda wkoll jgħin fit-turiżmu, fl-immaġni internazzjonali ta’ Malta, u fl-ispiża fuq sistemi ta’ tindif u trasport tal-iskart.

F’Malta, hemm bżonn ta’ azzjoni urġenti u koordinata li tinkludi regolamenti iktar stretti, infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart modernizzata, u edukazzjoni kontinwa tal-pubbliku. Ġestjoni effettiva tal-iskart u l-plastik mhix biss ħtieġa ambjentali, imma hija neċessita’ soċjali u ekonomiku. Malta tista’ ssir eżempju fl-Ewropa jekk tieħu azzjoni vera u mhux biss diskors.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading