Il-Metro: Għaliex il-Prim Ministru Għandu Raġun?

Il-Metro ta’ Parigi meta fetħet

F’dawn l-aħħar ġranet smajna lill-Ministru tal-Finanzi jinċita l-kliem bl-ingliż ‘silly season’. Il-Ministru kull sena jagħmel kummenti simili. Ħafna drabi huwa jkun qed jindirizza dan il-kumment lill-Oppożizzjoni li matul il-ġimgħat qabel il-bagit twiegħed diversi affarijiet li jistgħu jkunu sbieħ imma diffiċli li twettaqhom jekk tkun fil-Gvern.

Biss din is-sena, il-kumment dwar is-‘silly season’ tfaċċa wara li l-Prim Ministru reġa ħareġ li konna ħsiebna li mietet, dwar il-metro.

Il-Ministru tal-Finanzi qed iżomm sod biżżejjed biex ma jħallix lil sħabu l-politiċi joħorġu b’xi idejat li jwasslu biss biex jissodisfaw lill-massa tal-elettorat u ma jieħdux ħsieb il-finanzi pubbliċi,

Imma li jkollna metro hija ta’ theddida finanzjarja? Jekk din hija l-vera raġuni, mela ma għandix issir. Imma jekk ir-raġuni hija demografika, il-ministru tal-finanzi hu żbaljat bil-kbir.

Fuq livell demografiku l-prim ministru għandu raġun. Malta għandha bżonn metru. Mhux ser insemmi l-metro ta’ Parigi li ġiet introdotta fl-Lulju ta’ 1900 meta l-popolazzjoni ta’ din il-belt kienet wasslet għal madwar tliet miljuni. Iċ-ċensiment ta’ Pariġi li kien sar ftit wara, jiġifieri fl-1901, ta’ din iċ-ċifra ta’ popolazzjonu tar-residenti. Hu kien sab li kien hemm popolazzjoni residenti ta’ kważi 2.7 miljun.

Mela hawn wieħed jgħid li Malta għadha l-bogħod milli tilħaq dawn in-numri. Imma Malta llum għandha popolazzjoni ta’ fuq minn nofs miljun u qed naslu għal madwar 3 miljun turist fis-sena. Mela l-figuri mhux il-bogħod minn dawk li aktar minn mitt sena ilu, wasslu biex Pariġi daħħlet il-metro.

Imma jekk immorru aktar qrid tagħna, il-belt ta’ Catania daħħlet il-metro meta l-popolazzjoni kienet qabżet it-300 mitt elf ruħ. U din l-istima ma tinkludix dawk li mhux Kataniżi. Catania ngawturat il-metro f’Ġunju 1999. Kieku l-argument kien bħal ta’ Clyde Caruana, il-metro Catania ma kinetx isir. U bil-metro, Catania tbati mit-traffiku. Aħseb u ara mingħajru!

Infakkar li għall-iSwizzeri, il-metro ma tkunx ikkalkulata fuq in-numru ta’ nies. Lausanne għandha popolazzjoni ta’ 160,000 ruħ u xorta għandha metro. Infakkar li l-Lejber għal xi żmien kien jara l-mudell Swizzeru bħala dak li għandu jkun għall-mudell Malti.

Infakkar li l-miżura tradizzjonali hija ta’ miljun persuna biex tiġġustika l-metro. Illum din il-figura qed tintlaħaq f’pajjiżna meta tqies it-turiżmu lejn artna.

Imbagħad ix-xelta tkun ibbażata fuq areas li għandhom densita ta’ bejn 8000 u 10,000 abitanti għal kull kilometru kwadru. Malta għandna lokalitajiet fejn dan ġa ntleħaq bħal San Pawl il-Baħar, Buġibba, Birkirkara, Sliema, San Ġiljan, Senglea and Santa Venera. Dawn ġa juruk kif għandhom ikun il-linji tal-metro. U din id-densita’ ġa turik il-bżonn ta’ metro.

Mela, fuq il-metro, il-Prim Ministru għandu raġun u aktar mal-pajjiż idum ma jdaħħal din is-sistema aktar – fuq livell demografiku – il-gżira tagħna ser tkompli tbati.

One thought on “Il-Metro: Għaliex il-Prim Ministru Għandu Raġun?

  1. Full Self-Driving and tunnels will create individual mass transportation. This will reduce car ownership drastically.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading