Li Titkellem fuq il-Waqa’ fit-Twelid ma Għadux Far Right: Issa Anki l-Knisja u l-Gvern qed Jinkwietaw

Minn Osservatur Politiku

Sa fatti ilu li titkellem fuq l-waqa’ fit-twelid kien iwassal biex tkun mgħajjar Far Right. Dan is-sit li fuqu nikteb ġie mitqies mill-media, inkluż tal-Knisja bħala Far Right għaliex kien jikteb fuq dan is-suġġett.

Illum l-istess Knisja qed tqies il-waqa’ fit-twelid tat-trabi bħala problema. Imma mhux il-knisja biss qiegħda tgħid li n-nuqqas ta’ ulied ser ikollu effett ħażin fuq Malta u l-Maltin. Issa ħareġ isostni dan anke l-Ministru tal-Finanzi meta kien qed jintroduci l-prebudget document lill-imsieħba soċjali. Jiġifieri issa anke l-Gvern qed iħossu nkwitat li f’pajjiżna n-numru ta’ twelid naqas u naqas drastikament.

Il-Ministru Caruana stqarr li l-fertilita’ hija l-ikbar sfida li għandu l-pajjiż. Bilfors wieħed ikollu jinkwieta meta f’Malta moderna qed naraw barranin iweldu numru ħafna ikbar numru ta’ tfal mill-Maltin. Dan l-andament jista’ jwassal biex f’pajjiżna jkollna ħafna aktar ulied barranin milli Maltin u dan zgur li ser ikollu effetti drastiċi fuq l-eżistenza tal-Maltin ġewwa pajjiżhom.

Imma l-ikbar inkwiet mhux hemm qiegħed. It-tfal tal-immigranti li jattendu l-iskejjel b’mod partikolari tal-gvern qed juru interess fl-edukazzjoni – b’mod ġenerali – aktar mit-tfal Maltin li wieħed jista’ jqabbilhom li qegħdin fl-istess klassi soċjali tagħhom. Mela għal dawk li qed jibżgħu mill-barranin, dan il-biża’ ser jiżdied għaliex minn hawn u tletin sena oħra dawn it-tfal – jekk jibqgħu f’Malta – ser ikunu f’rowls ta’ tmexxija. Mhux qed ngħid dan biex inqajjem alarm. Qed ngħid dan biss biex nirreġistra stat ta’ fatt.

Fil-fatt il-Ministru stqarr li fil-budget li ġej jista’ jkun hemm miżuri li jħajru lill-Maltin biex ikollhom aktar tfal. Il-familji Maltin qed iħarsu lejn familja b’wild wieħed. Huma ftit dawk il-ġenituri li jkollhom żewġ ulied jew iżjed u dan qed iwassal biex in-numru ta’ wlied jitbaxxa ħafna.

Imma s-sabiħ qiegħed hawn. Issa anki l-knisja Maltija qed tikkontendi li l-familji Maltin jistgħu jaslu għall-estinzjoni etnika fil-futur qarib jekk il-miżżewġin jibqgħu jsostnu li jkollhom wild wieħed biss. Wieħed jistaqsi lil Arċisqof jekk dan hux diskors tal-Far Right? Għaliex meta kien hemm persuni li għamlu dan id-diskors, il-media tiegħu u esponenti tiegħu għajruhom far right.

Mela issa l-knisja qed tiġi għal kliem ta’ dawk li ftit ilu għajrithom far right u bħalhom qed tgħid li dan ma jawgurax tajjeb għall-futur ta’ pajjiżna. Issa l-knisja qed tgħid bil-pulit li ser naslu f’sitwazzjoni fejn il-Malti jibda jħossu barrani f’pajjiżu stess.

Il-Ministru Caruana maqdar il-fatt li l-politiċi ma jitkellmux fuq din is-sitwazzjoni għaliex mhuwiex suġġett li jattira voti. Fil-fatt il-Ministru saħaq li l-politiċi m’għandhomx jaħlu ħin fuq suġġetti trivali imma jħarsu lejn affarijiet li jistgħu jkollhom effetti koroh fuq l-eżistenza tal-poplu Malti u Għawdxi.

In-nuqqas ta’ fertilita’ ser ikollu effett fuq kull aspett tal-ħajja Maltija. Ara kemm ser tkun iktar diffiċli li jinstabu ħaddiema Maltin għal xogħolijiet li jirrikjedu ħaddiema Maltin u Għawdxin. Din is-sitwazzjoni ser ikollha effett anke fuq l-edukazzjoni f’pajjiżna li tista’ tirriżulta li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna jkollhom ħafna iżjed barranin milli Maltin. Diġa’ qed naraw dan il-fenominu fi skejjel ta’ livell primarju.

Imma fuq kollox ma tistax tagħti tort lill-ġenituri Maltin għan-numru ta’ wlied li huma jkollhom. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-familji Maltin mhix qiegħda fi stat li tkun tista’ tlaħħaq mal-ħajja ta’ kuljum faċilment. Biex ikollok it-tieni wild jirrikjedi finanzjament b’saħħtu u hija din ir-raġuni li f’pajjiżna dawk il-familji li jkollhom iktar minn wild wieħed huma dawk li finanzjarjament qegħdin sodi, li sfortunatament huma l-minoranza. U anki dawk li huma f’sitwazzjoni soda, xorta mhux jagħmlu ħafna u ħafna ulied għaliex jafu li jekk ikun hemm ħafna ulied, it-tfal tagħhom mhux bilfors jibqgħu jżommu l-istandard ekonomiku tal-familja tal-ġenituri tagħhom.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading