It-Tesserati Nazzjonalisti Għandhom Jagħżlu Dak Li Għandu Vizzjoni Għall-Pajjiżna

Minn osservatur politiku
‘Jien ma naqta qalbi qatt’. Din hija dikjarazzjoni li t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista jixtiequ jisimgħu miż-żewġ kontestanti għall-pożizzjoni ta’ Kap. Dik hija dikjarazzjoni li ssaħħaħ l-impenn li wieħed ikollu biex mhux biss jilħaq Kap imma biex jidħol għat-tellieqa tat-tmexxija tal-Gvern b’determinazzjoni qawwija.
Il-Partit Nazzjonalista għandu muntanja kbira x’jitla’ jekk irid jerbaħ l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Il-Partit qiegħed lura sewwa mal-elettorat u dan qed jiddikjarawh diversi stħarriġ li jsiru minn żmien għall-ieħor. In-Nazzjonalisti ma avanzaw xejn mill-elezzjoni ġenerali tal-2022. Il-Partit baqa’ fl-istess ilma u għalkemm il-Partit fil-Gvern qed jiffaċċja sfidi kbar xorta l-Partit Nazzjonalista ma avanzax.
Issa jmiss lil wieħed miż-żewġ kontestanti li jitħabat biex idaħħal spirtu differenti fl-elettorat Malti u Għawdxi biex ikun jista’ jdaħħal tama li l-Partit Nazzjonalista jista’ jidħol biċ-ċans li jerbaħ l-elezzjoni. Dawn it-tnejn iridu juru u jgħidu li verament ma jaqtgħu qalbhom qatt mill-isfidi li għandu l-pajjiż. Iridu jkunu ċerti li mhux ser jidħlu għax-xogħol ta’ tmexxija b’xi tip ta’ non chalance għax minn dak kellu ħafna l-Partit Nazzjonalista.
It-tesserat Nazzjonalista jrid jisma’ aktar spiss dwar id-determinazzjoni li għandhom il-kontestanti biex jiffaċċjaw lill-Partit Laburista fuq kull settur. Iridu juru li ser ikunu b’qalbhom qawwija li ser imexxu grupp parlamentari magħqud li lest li jidħol għax-xogħol li jfassal viżjoni għall-pajjiż biex ikun jista’ jdaħħal it-tama fi ħdan l-elettorat kollu.
It-tesserat li għandu responsabilita’ kbira f’din il-għażla jrid jifhem u jsaħħaħ l-idejn ta’ min miż-żewġ kontestanti qed juri li ma hu ser jaqta’qalbu qatt. Irid jappoġġja lil dak li qed juri determinazzjoni fil-viżjoni tiegħu li ser jiġġieled lill-Partit fil-Gvern b’kemm għandu saħħa u ħila. B’xi mod jew ieħor it-tesserat irid jagħżel. Huwa għalhekk li t-tesserat jisma’ u jgħarbel għax li la l-kontestant jiddikjara li ma jaqta’ qalbu qatt jkun qed juri li beħsiebu jaffronta l-elezzjoni ġenerali li jmiss b’mod assertiv.

Il-Kap il-ġdid, mar-radd tas-salib għandu diversi għoqiedi x’jħoll, fosthom dawk finanzjarji! F’Marzu li ġej ser jagħlaq il-perjodu taċ-ċedoli u l-flus mislufa jridu jintraddu lura. Ingħad li dawn jammontaw għal miljuni. Jista’ jkun li jiġu mġedda u l-problema tkun posposta bi ftit. Xorta l-problema finanzjarja hi waħda kbira ta’ miljuni kbar. Niftakru x’kien qal Bernard Grech ftit tas-snin ilu! Skont it-titolu; “It-Tesserati Nazzjonalisti Għandhom Jagħżlu Dak Li Għandu Vizzjoni Għall-Pajjiżna!” Il-Partit ħonoq id-dibattitu u ż-żewġ kontestanti spiċċaw ma jistgħux jiġu mistoqsija mill-ġurnalisti ta’ ONE!!! Bravura oħra tal-PN!!! S’issa ż-żewġ kontestanti lagħbu kawti ħafna u qagħdu attenti li ma jidħlux f’kontroversji jew li b’xi mod jistgħu jgħidu xi ħaġa li tagħmilhom ħsara kbira. Fir-rejalta’ s-sustanza kienet nieqsa ħafna! Rajna ħafna ritratti ta’ laqgħat ta’ monologi u oħrajn tal-festi lokali! Nistennew u naraw kif ser jiżvolġu l-affarijiet wara l-ħatra ta’ Kap ġdid!
Minn ġo taġen għal ġon nar ġejja.
Delia ma jriduħx
Alex jimita pass pass li Joseph Muscat u Ġovvana
imma l veru kap, kien għadu u ħa jibqa dak il-grupp zgħir, politkamennt skadut jipriedka l qdusija u safa imma b’akkuzi serji ta vjolenza.