Membru Nazzjonalista Jingħaqad Mal-MDA Biex Jikkritika Inizjattiva Għall-Bini Ta’ Djar Għall-Poplu

Minn osservatur politiku

Inizjattiva tajba mill-Gvern bl-għajnuna tal-knisja ukoll sabet kritika ta’ politiku min-naħa tal-Oppożizzjoni. Flok ifaħħar l-inizjattiva ingħaqad mal-MDA biex jikkritikaha. Dan juri li jeżisti nuqqas ta’ appoġġ lejn dak li jixraqlu l-poplu Malti u Għawdxi.

Kulħadd jaf li l-ikbar spiża ta’ min jibni hija li tixtri l-art. Ħadd ma hu qed jiċħad dan. Imma jekk il-knisja lesta li toffri art biex tkun tista’ tgħin lil dawk li jixtiequ jkollhom darhom biex ikunu jistgħu jrabbu familja għandha ssib tifħir u mhux kritika. Tistenna li l-MDA tikkritika din l-inizjattiva għax huma qed jgħidu li l-akbar spejjeż tagħhom meta jibnu djar jew flattijiet hija x-xiri tal-art.

Imma din l-inizzjattiva se tkun qed tara għajnuna diretta lejn dawk li għandhom bżonn l-għajnuna biex jixtru darhom. Hija xi ħaġa nkoraġġanti li tirrejalizza li dawn il-260 dar li ser ikunu offruti, jirriżulta li l-prezz jonqos b’madwar 30 fil-mija. Jekk dik mhux ġustizzja soċjali allura x’suppost tissejjaħ. U din l-inizzjattiva ma għandiex issib is-sostenn ta’ kull politiku li verament jirrapreżenta lill-elettorat tiegħu.

Din l-inizjattiva hija l-ewwel attentat kemm mill-knisja kif ukoll mill-Gvern biex jingħata appoġġ dirett lil diversi li jitolbu l-għajnuna biex ikollhom darhom. Mhux talli din l-idea mhux ħażina li l-poplu jistenna li jkollu aktar inizzjattivi bħal dawn biex verament il-poplu ikun qed jingħata sostenn dirett.

Wieħed isib diffikulta biex jifhem kif membru parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista joħroġ jikkritika din l-inizzjattiva u jaqbel fil-ħsieb tiegħu mal-iżviluppaturi rappreżentati mill-MDA. Wieħed isib diffikulta jaċċetta kif sostenn soċjali jsib politiku li flok jaqbel miegħu jattakkah. Il-poplu dak li għandu bżonn ħalli jkun jista’ jħares lejn il-possibilita’ li jgħix tajjeb u li fl-aħħar ikun hemm għajnuna vera u konkreta min-naħa tal-awtoritajiet f’dan il-qasam.

One thought on “Membru Nazzjonalista Jingħaqad Mal-MDA Biex Jikkritika Inizjattiva Għall-Bini Ta’ Djar Għall-Poplu

  1. Ma emm xejn ta-liskantament metta dan hu membru ta-l’oppozizzhoni li hu stess iddawar Euro mill propjeta li ghandu. Li hu ta-l’iskantament hu kif ma semejtx min hu.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading