Tliet Mistoqsijiet li Alex Borg u Adrian Delia Għandhom Iwiegbu

Minn Osservatur Politiku
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed f’salib it-toroq. Għaddej minn żmien delikat ħafna, żmien li jista’ jkollu effetti mhux mixtieqha. Il-Partit irid joqgħod attent li ma jaqax f’xi apatija oħra wara li tgħaddi l-elezzjoni għall-Kap.
Iż-żewġ membri parlamentari li wrew ix-xewqa tagħhom li jikkontestaw iridu joqgħodu attenti li jwasslu lit-tesserati għal deċiżjoni ċara. Dik id-deċiżjoni ser ikollha effett kbir fuq il-Partit Nazzjonalista għaliex ser jinbidel il-persuna li jagħti perspettiva differenti, viżjoni għal futur u soluzzjonijiet għall-problemi interni li kissru lill-istess Partit.
Il-partitarji Nazzjonalisti jinsabu ħerqanin jistennew u janalizzaw kull kelma li toħroġ minn fomm il-kontestanti. Dawn il-partitarji mispera li qed jifhmu li l-vot tagħhom jixħet fuqhom responsabilita’ enormi. Lil min ser jivvotaw? Min hu l-aħjar għażla biex imexxi lill-Partit tagħhom sal-elezzjoni ġenerali li ġejja?
Qed naqraw fuq ġurnali lokali kitbiet minn dawn il-kontestanti. Qed jippruvaw juruna x’inhi t-triq ‘l quddiem. Qed jippruvaw jispjegaw kif ser ilaħħqu mal-isfidi li għandu l-pajjiż. Biss s’issa għadna ma smajniex soluzzjonijiet għall-problemi li qed niffaċċjaw. S’issa għadhom ma tawniex il-viżjoni tagħhom. U s’issa qiegħdin biss jiktbu minn wara keyboard.
Irridu naraw liż-żewġ kontestanti jirrispondu mistoqsijiet diffiċli. Irridu narawhom jispjegaw kif ser isibu s-soluzzjonijiet u kif ser joffru viżjoni li tkompli ssaħħaħ is-sitwazzjoni nazzjonali tal-pajjiż. Tlett punti mportanti li jridu jispjegaw huma x’soluzzjoni jistgħu joffru għall-popolazzjoni qawwija li għandu l-pajjiż. Kif ser iżommu l-ekonomija għaddejja imma fl-istess ħin iwaqqfu l-emoroġija fid-dejn nazzjonali. Irridu nisimgħu minn għandhom kif ser jissuġġerixxu li tissolva l-problema tat-traffiku f’pajjiżna. Hemm ħafna iżjed punti fejn nieħdu pjaċir nisimgħu dwar il-viżjoni tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista donnu issa f’daqqa waħda qabdu għaġla biex ifittxu jlestu dan il-proċess. Imma din mhix kwistjoni ta’ għażla. Din hija deċiżjoni sensittiva u għalhekk hemm bżonn li jingħata żmien biżżejjed biex iż-żewġ kontestanti jilħqu jispjegaw il-metodoloġija ta’kif ser iwettqu x-xogħol tagħhom bħala Kap.

Sur osservatur li tilghaba tal politiku profeta, ghandek tkun taf li din il kontestazzjoni hija ghal kap tal pn u kont nistenna ta gharef li tipretendi li int tistaqsi lil Delia u Borg kif ser ihalsu d DEJN li ghandu l PN, kif ser jigu kontabli mal kummisjoni li tirregola l finanzi tal partiti u fl ahhar u mhux l inqas kif ser jelimina il multi DIVIZJONIJIET fi hdan l istess partit, jew raqad u holom li qeghdin fil gvern dan li harbex dan l artiklu.
Bla dubju, żball issa għall-PN jaf ikollu riżultati xejn sbieħ. Jilħaq min jilħaq bejn Delia jew Borg żgur li mhux ser tkun faċli għal l-ebda wieħed minnhom. Il-problemi, mhux finanzjarji biss, huma kbar u li ilhom jakkumulaw mill-anqas żewġ diċenji! Xorta nemmen li l-pajjiż għandu bżonn lill-Partit Nazzjonalista u tkun ħasra kbira jekk il-bidla fit-tmexxija mhux ser tkun riflessa f’bidla fil-mentalita’, fil-metodu, fil-ħsieb, fl-organizzazzjoni, fil-kommunikazzjoni, eċċ. Lanqas ħaġa li jistgħu jagħmlu ż-żewġ kontestanti hu li jippreżentaw programm fattibli ta’ xogħol li b’ħsiebhom jimbarkaw fuqu. Nistennew u naraw.
U jekk jiprezentaw programm ta xoghol li bi hsiebhom jimbarkaw fuqu, il poplu lest li jemminhom ? Once bitten twice shy.
Sur Osservatur Politiku…..
mela il- PN kien jgħid li JM għadu zgħir….(tifel)….. Alex Borġ huw izgħar… issa tajjeb?
Il-PN kien ħaddem attih kontra Delia, l blu heros marru għand il-President… il-Blue heros għadhom hemm…. jista jmexxi Delia?
DCG kienet qalet li Delia mhux denju għal Kap…… issa Denju?
L-accountant instab?
IL-Kap il ġdid ħajobqa imexxi minn republika?
kif ħa jitħallas id-dejn.?