“Morna għall-Agħar”

Minn osservatur politiku

Morna għall-agħar. Ma hemmx x’tagħmel. U kulħadd frisk bħal ħassa ma jagħmel xejn. Viva dak li fadal mill-Partit Nazzjonalista. Illum kellna konferma oħra li kull ma jmur il-poplu Malti qed jitbiegħed minn dan il-Partit. Flok qed naraw xi ftit pożittivita’ fil-Partit fl-Oppożizzjoni meta qed toqrob dejjem iżjed l-elezzjoni ġenerali, l-affarijiet qed juru li f’dan il-Partit bi storja glorjuża qed jitmermer minn ġewwa.

L-istħarriġ tal-lum kompla wera li n-nies qed jabbandunaw lill-Partit Nazzjonalista. Imma l-votanti ma jistgħux jieqfu biss fuq Bernard Grech. L-elettorat irid jifhem li l-Partit Nazzjonalista ilu li ħa daqqa fejn iweġġa’ u għadu ma fieqx minnha. Huwa minnu li l-Partit Nazzjonalista beda t-triq tan-niżla bit-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi u l-arroganza li ntweriet dak iż-żmien wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ il-Gvern b’elf vot biss.

Minn dak in-nhar, wara l-elezzjoni tat-2008 il-Partit Nazzjonalista beda t-triq tan-niżla u donnu ma jistax jieqaf minn din it-tkaxkira. Biex tkompli tgħaxxaqha t-tesserati kienu mogħtija vot biex jeleġġu l-Kap tal-Partit. Dan ma ġiex sostnut minn diversi deputati li għamlu gwerra sagra li jneħħu lill-Kap tagħhom. Minn dak in-nhar is-sostenituri tal-Partit Nazzjonalista ħadu daqqa ta’ ħarta għaliex dawn (il-blue heroes) stqarru li huma jiġu jaqgħu u jqumu mill-vot tat-tesserati, l-akbar sostenituri tal-Partit. Dan l-atteġġjament komplu jsammar l-imsiemer fit-tebut tal-Partit suppost tagħhom.

Dik il-ħsara ta’ dawn id-deputati żiedet man-nuqqas ta’ fiduċja li kienet diġa’ qed tintwera fil-Partit Nazzjonalista. Dawn l-għorrief komplew niżlu lill-Partit tagħhom bl-agħar abbissi u setgħu jinżlu. Missew il-qiegħ u jekk kien hemm xi sinjal ta’ fejqan dawn id-deputati kasbru lil tagħhom stess u abbandunaw l-għeżeż sostenituri tal-Partit Nazzjonalista.

Ma jistax ikun li meta ffaċċjati bi stħarriġ diżastruż bħal tal-lum tisma salt skużi u paroli fil-vojt fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit stess, minn wieħed li vvinta l-ħsara u membru mportanti tal-blue heroes biex jipprova jtaffi l-ħruxija tan-numri li ħarġu mis-survey tal-lum. Dawn mhux posthom iżjed fuq quddiem. Dawn għandhom jagħmlu pass lura u jħallu lill-Partit Nazzjonalista jipprova jistejqer mill-qirda li poġġewh fiha.

8 thoughts on ““Morna għall-Agħar”

  1. What a joy! Halli lil Ja-sin u l Bella kumpanija jmexxi lil pn bl ispaga minn imniehru ha tkompli tgherqu. Welldone u REBHA TAGHNA TERGA TKUN. PL

  2. My inspirational message to Dr Grech is a Japanese proverb that says “Fall seven times, stand up eight.” Dr Grech don’t give up. Never, ever, until your seventh consecutive general election loss. And the eight one will see you victorious as the new king of Malta.

  3. Il-gwaj li ta il-bidu ghan-nizla minajr brakijiet lil-PNEEEEEE ma kien hadd u xejn hlif lingarzar mas-sahara tal-bidnija. Darba lejn it-2008 il-PNEEEEEE ikomisijona survy b’nies mazula minu biex jistharag il-gwaj tat-telfa, is-sahara tal-bidnija kienet identificata bhalla likbar contribut ghat telfa.

  4. I tend to agree with you. Yes Dr Grech please stay on both the PN and PL need you!!!

  5. Sur Osservatur Politiku, il-PN għandu diversi problemi akuti li jmorru lil hinn mill-kap biss. Il-kap preżenti bid-dovut rispett żgur li ma kinetx l-aħjar għażla. Biex l-affarijiet imorru aktar ħażin ħalla grupp ta’ nies li dellhom huwa tqil wisq mal-elettorat jidderiġu l-orkestra huma u hu jiżfen għad-daqq tagħhom. Imma lil hinn hemm problemi oħra, bħal; dejn mhux sostenibbli, problemi ta’ ideoloġija, problemi ta’ satelliti li jurtaw in-nies u mhux jattirawhom lejn il-Partit, eċċ. Il-każ tal-inkjesta Vitals ser ikollu eżitu diżastruz fuq il-PN bħalma kellha l-inkjesta egrant!! L-aħħar daqqa li qalgħa l-PN kienet l-issue konnessa ma’ Programm ta’ Ċittadinanza b’investiment! Din il-kampanja kienet imbuttata minn ċertu esponenti assoċjati mal-PN inkluż il-President tal-Parlment Ewropew. Ħafna nies jinsabu disgustati b’dan l-aġir. Il-PN għandu bżonn jagħmel eżami sew tan-nuqqasijiet tiegħu u jfittex għalfejn qiegħed hemm biex forsi jibda’ biex jinġabar.

Leave a Reply to Tama QawwijaCancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading