L-UE tikxef idejha u turi kemm dak li qed iseħħ fir-Rumanija huwa kollu frott ta’ deċiżjoni meħuda mill-istess UE

Minn Edwin Vassallo

L-UE vvutat kontra proposta biex issir diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar l-attakk fuq id-demokrazija li qed iseħħ fir-Rumanija, fejn il-kandidat Georgescu qed jiġi miżmum milli jipparteċipa fl-elezzjoni Presidenzjali li se ssir.

Qatt ma stajt nemmen li kieku ma rajtx b’għajnejja. L-UE qed tiġi akkużata b’indħil dirett fil-proċess demokratiku ta’ dan il-pajjiż, u l-istess UE, permezz tal-vot li ħadet, kixfet kemm din l-akkuża hija vera.

L-UE lanqas kellha d-deċenza li tippermetti li jsir dibattitu, aħseb u ara li jkun hemm vot kontra. Le, mhux hekk. Anzi, l-UE tant hi “favur” id-demokrazija li lanqas aċċettat li jsir biss id-dibattitu!

Dan il-vot tal-UE jikxef kemm il-ħuta tinten minn rasha. It-tmexxija tal-UE hi “demokratika” biss ma’ min jaqbel magħha. Ma’ min ma taqbilx, l-UE hi dittatorjali.

Illum nemmen li dan l-elitiżmu, li għadna nbatu minnu f’pajjiżna wkoll, sar velenu tossiku li qed iwassal popli sħaħ jinżlu fil-pjazez ta’ pajjiżi differenti biex juru li huma kontra l-politika tal-UE.

Iż-żmien jagħtina parir. Dak kollu li tant inbena b’għaqal qed jiġi mħassar minn ftit li jaħsbu li għandhom id-dritt jimponu d-demokrazija. Dawn huma d-dittaturi l-ġodda taż-żminijiet tagħna.

One thought on “L-UE tikxef idejha u turi kemm dak li qed iseħħ fir-Rumanija huwa kollu frott ta’ deċiżjoni meħuda mill-istess UE

  1. The EU’s meddling in Romania’s elections by blocking Călin Georgescu is a blatant assault on democracy. Silencing a candidate and his supporters reeks of authoritarianism, not the freedom the EU claims to uphold. Georgescu’s constituents deserve their voice, not suppression by Brussels’ heavy hand. This is a disgraceful power grab, trampling Romania’s sovereignty and its people’s will. Malta should distance itself from such practices and condemn the EU’s fascist intrusion in Romanian spheres.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading