Nies ta’ Austin Gatt fil-PN li huma biċċa waħda ma’ kumpanija li fiha hemm interessi ta’ Chris Cardona, Joseph Muscat u Ian Borg
Tiftakru xi snin ilu, kemm għamlu storbju r-Repubblichini għaliex Adrian Delia kien ġab somma kbira ta’ flus għad-Dar tal-Providenza mingħand xi ħadd li kien wera interess fis-Sliema Wonderers?
Ara issa, wieħed mill-paladini tar-Repubblichini, Claudio Grech irid jagħmel l-istess għat-tim tal-futbol tal-Belt. Illum ir-Repubblichini kollha b’ħalqhom magħluq. Ara issa, din ma għadhiex korruzzjoni. Għala qed ngħid hekk?
Ftit tal-jiem ilu, il-President tal-Klabb tal-Futbol tal-Belt Valletta, Alexander Fenech, kellem lill-partitarji b’intervista fuq FB wara li Valletta ġew relegati mill-għola divizjoni tal-kampjonat Malti.
Fl-intervista, il-president semma’ lill-eks-deputat Claudio Grech. Grech qed jinsisti li jingħaqdu grupp ta’ investituri biex isalvaw lit-tim tal-Belt u dan it-tim ikun jista’ jerġa’ jitla’ Premier. Issemma wkoll jekk hux ser issir “due diligence” tal-kumpanija interessata li tagħmel investiment ġdid fil-klabb. Fil-comments issemma’ wkoll l-isem ta’ din il-kumpanija li hi Insignia.

Claudio Grech hu bħalissa l-istrategista tal-PN fil-kampanja elettorali tal-MEPs. Grech kien l-istrateġista fit-tkaxkira li qala’ l-PN fl-2022. Il-parrinu tiegħu hu Austin Gatt u l-kandidat favorit tagħhom hu David Casa li qed jattakka bis-sħiħ lil Joseph Muscat. David Casa hu l-bniedem li għandu l-vizzju tal-kokaina.
Mhux ċar x’inhi r-relazzjoni ta’ Claudio Grech mat-tmexxija tat-tim tal-futbol tal-belt Valletta u mal-kumpanija Insignia. Nafu biss li hu jaf sew liċ-CEO ta’ Insignia, J.P. Fabri li kien jaħdem Kastilja fi żmien li Claudio Grech kien Chief of Staff ta’ Austin Gatt.
Illum ħareg li anke Joseph Muscat kien wieħed mill-konsulenti ta’ Insignia.
Tgħid dan hu l-establishment li llum kulħadd jitkellem dwaru? Tgħid Jason Azzopardi ser jitfa’ xi kumment dwar dan kollu? Tgħid Eve Borg Costanzi, l-avukatina tar-Repubblichini, ser iġġib dan bħala prova kemm huma subgħajhom dritt l-istaff ta’ Austin Gatt? Qed ngħid dan għaliex Eve Borg Costanti qed tidher fil-kawża ta’ libel li Manuel Delia għamel lil dan is-sit wara li tkellem kif kienu jsiru l-affarijiet taħtu u issa qed jgħidu li kollox kien isir sew taħt Austin Gatt. U tgħid seħibhom Andrew Borg Cardona, li għandu shares fil-kumpanija Evolve li mpurtat il-vaċċini li Chris Fearne impona fuq il-poplu ser jikteb dwar dan kollu?
Issa qed taraw fejn hu l-establishment!

Prosit Simon kompli ikxef il maskra ta dawn in nies. Taqra’ w’ma temminx.
“David Casa hu l-bniedem li għandu l-vizzju tal-kokaina.”
Jidher li dan jaqbel ma ix xhieda li ta x-impjegat għoli tiegħu. Jekk hu hekk miskin hu anki minn jivvutalwhu!!!
May I suggest the author rewatch my interview. The Company in question reached out to me, directly, as the (former) President of the Club. I never mentioned anyone else having acted as a go between, simply because this was not the case.