Id-dibattu bejn Adrian Delia u Daniel Attard

Minn osservatur politiku

Ilbieraħ t’lura kellna show differenti fuq NET Live meta Daniel Attard iddibatta ma’ Adrian Delia. Dan kien dibattitu li nteressa lil ħafna nies għas-sempliċi raġuni li mhux soltu naraw dan it-tip ta’ dibattiti fuq in-NET.

Daniel Attard daħal għal biċċa xogħol iebsa meta laqgħa l-isfida ta’ Adrian Delia imma wera li hu ma jibżax u ħaseb li ser ilaħħaq ma’ Delia. Imma għarralu bil-kbir. Għax rajna dibattitu fejn Daniel Attard kull ma għamel kienet li jattakka lil Adrian Delia personali u ma ressaq ebda argument li seta’ jiġbed xi ftit simpatija.

Dawn huma deċiżjonijiet li kandidat tal-MEP jieħu biex ikabbar l-istatus tiegħu. Dan għin lil Daniel Attard isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu mal-Laburisti, dan kollu għax aċċetta li jiddibatti ma’ avversarju iebes u li qiegħed fuq fomm kulħadd għall-kapaċitajiet tiegħu.

Kien dibattitu li wassal biex wera kemm Attard u sħabu ma għandhomx argumenti xi jġibu biex jippruvaw jiddefendu s-sitwazzjoni kerha li qiegħed fiha l-pajjiż bħalissa. Imma ma beżgħax jiddibatti, kif qal lill-istess Attard, away.

Meta ġie mistoqsi fuq il-kuntratti tal-Vitals, l-uniku risposta li ressaq Attard kienet li f’Għawdex twieldu ħafna trabi, dan kollu biex jasal għall-battuta li Adrian Delia kellu t-tifel tiegħu mwieled Għawdex. Imma din x’sens fiha? Dan huwa argument li bih tiddefendi n-nuqqas ta’ investiment ġewwa l-isptar ta’ Għawdex!!

Daniel Attard attakka ħafna lil Adrian Delia għax ġie mneħħi minn kap tal-Partit Nazzjonalista. Imma dan id-diskors jirrifletti l-istat politiku li qiegħed fih bħalissa l-pajjiż? Meta ssemmew l-400 miljun euro li ġew mogħtija lill-barranin, Attard attakka lil Delia li kien l-avukat li nnegozja l-waiver ta’ Skanska. Dr Delia kellu jfiehem għal darba oħra li hu ma kienx għadu avukat ta’ Skanska meta sar dan il-waiver.

Attard uriena li ma hemmx argumenti min-naħa tal-Partit fil-Gvern biex jiddefendi jew jirribatti l-kritika qawwija li għaddejja bħalissa fil-pajjiż. Attard sab ruħu f’diffikulta kbira li jirribatti dak kollu li tefgħalu Adrian Delia. Tant kellu problemi li kif diġa’ għidt, waqa’ f’livell baxx li niżel għall-attakki fuq livell personali.

Kienet sorpriża sabiħa li rajna dan id-dibattitu fuq in-NET. Issa nistennew li naraw risposta fuq il-ONE. Ikun tajjeb li Daniel Attard ikollu ċ-ċans li jiddibatti meta jkun qed jilgħab home u jkollu preżentatur jew moderator min-naħa tiegħu. Adrian Delia wera b’mod ċar li hu lest li jmur fuq il-ONE u jiddibatti ma’ min ikun. Imma issa jixraq li jkun hemm dibattitu biż-żewġ protagonisti fuq il-ONE.

4 thoughts on “Id-dibattu bejn Adrian Delia u Daniel Attard

  1. Osservatur politiku biased.

    Ahna qedin nersqu ghall-elezjonijiet ta’ MEPs u Kunsilli Lokali u mhux dik generali.

    Jidher il-fatt li Adrian Delia bhala ex-kap ma kienx ta’ stoffa u fid-dibattitu wera li m’ghandux ideja jiddibatti fuq l-elezzjonijiet li ser nersqu ghalihom. Daniel Attard ukoll naqas li juri hu x’ser jaghmel jekk Ikun MEP.

    HU TAL-MISTHIJA kif waqa’ l-livell politiku hawn Malta.

    Qed inhaltu l-hass mal-patata l-forn.

  2. Kif inni dinJoez, Osservatur politiku baiased?. Ma tarax li qed tiejd hmerija.

  3. Id-dibattitu segwejtu kollu u kienet tal-mistħija kif Dr Adrian Delia u s-Sur Robert Cremona litteralment lanqas biss ħallew lil Dr Daniel Attard jitkellem. Kif jibda’ jitkellem jaqbżu fuqu!!! Adrian Delia għax rebaħ kawża, u sew għamel, u prosit, issa qed jaħseb li sar xi hero ġdid!! Fuq il-gibda tiegħek u ta’ sħabek dwar l-400miljun nistennew ir-rapport tal-NAO u mbagħad nitkellmu għaliex konvint li ser toħroġ ta’ mażetta. Is-Sur Cremona beda jistaqsi lil Dr Attard jgħid kemm jisterqu mill-400 miljun. Dak mhux kompitu ta’ Dr Attard, Sur Cremona. Dak kompitu tal-awditur ġenerali u meta joħroġ ir-rapport nispera li terġa tistieden lil Dr Attard biex jirrispondi. Dr Delia, inti avukat kapaċi (mhux bħal ħafna minn sħabek) u taf ben tajjeb li ma tkunx qed tgħid il-verita’ kollha. Lil sħabek doqthom sew u taf sa fejn jaslu!! Inti lest li tafdahom?? Id-deal tal-Vitals kien wieħed li hemm ħafna x’tikkritika u tgħid fuqu, pero, dak kien wieħed minn ħemel ta’ inizjattivi u riformi tajbin li daħħal il-Gvern ta’ Muscat u bl-ebda mod dan m’għandu jkun ġudizzju komplessiv fuq il-gvern tiegħu li għamel ħafna ġid u għalhekk għandu jgawdi ħafna popolarita’!!!! NetTV billi jistiednu lil xi ħadd u lanqas biss iħalluh jitkellem mhu ser jimpressjonaw lil ħadd. Ikbru!!!!

  4. Nistaghgeb naqra l artiklu ta Dan l osservatur ipokrita u ppatentjat nazjonalista. Ghaliex ipokrita? Ghax ghalkemm hu ta Bernard u x’aktarx li kien strumentali biex xkanaw lil Delia minn kap issa Qed jilghaqu u jghid kemm rebah punti fid dibatitu ma Daniel.
    Ghaliex ipokrita? Jghid biss dak li jghogob lilu.Appell lil Delia. Int mhux il haruf imma l hmar ta sagrificju.

Leave a Reply to saviour stivalaCancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading