Esklussiva: qed nippubblika l-kontenut tal-ittra li Patrick Dalli kien waddab lejn il-Prim Imħallef minħabba l-każ ta’ ibnu
“Il-ġustizzja iffejljatu lit-tifel – Justice has failed my son.
Il-qorti għandha tgħaddikhom ġuri fuq it-tortura mentali li eżerċitajtu kontra ibni. Kawża fuq 6 pirmli sharing damet għaxar snin. Erbgħa imħallfin u maġistrat irrifjutaw l-isfilzar ta’ statement ta’ ibni, imma mbagħad f’dawn l-aħħar sentejn. min qatel jew inqabad b’kilos ta’ droga, l-istatements tiegħu ġew kollha sfilzati mill-ewwel.
Il-Maġistrata Natasha Galea Sciberras twaħħlu 3 xhur ħabs wara 8 snin, sempliċiment għaliex emmnet id-dikjarazzjoni ta’ wieħed mill-ispetturi. Fis-sentenza tagħha hija qalet li t-tifel għen ħafna lill-pulizija, kixef lil min tah il-pirmli, kellu clean record, u l-ammont ta’ droga kien żgħir wisq. U lil dan l-individwu li ta l-pirmli lit-tifel sfilzawlu l-istatement, ħareġ liberat u l-avukat tal-kuruna ma appellax. Dan ma hux sewwa. Għaliex waħħaltu 3 xhur ħabs lit-tifel? Dawn affarijiet li ma jitwemmnux!
Il-Maġistrata Natasha Galea Sciberras damet sena u nofs biex tagħtih is-sentenza. Iddiferitha darbtejn. Timmaġinaw titla’ għas-sentenza darbtejn u tgħidlek diferita? Għandi informazzjoni, jekk hi vera, li int (jiġifieri l-maġistrata) għidt lil xi ħadd ħabib tiegħek u quote, “waħħaltu 3 xhur ħabs biex imbagħad jappella u joħroġ liberat”. Tinnega? Din hi l-ġustizzja f’dan il-pajjiż? Din ħniżrija f’isem il-ġustizzja. Ara kemm għajruh il-gazzetti li hu drug dealer minħabba fik. Tifel ta’ 18-il sena. Kissirtulu ż-żogħżija tiegħu. Min hi l-id moħbija wara dan kollu?
U int l-avukat tal-kuruna, għaliex bqajt tappella sa llum li sentenza ma tinbidilx meta inti ma appellajtx minn sentenza ta’ mhux ħati minn min lit-tifel qal li tah id-droga u ħafna oħrajn b’każijiet simili. U għaliex? Minħabba l-ġurnalisti? Min hi l-id moħbija wara dan kollu?

L-Imħallef Ian Spiteri Bailey, bniedem ultra-konservattiv, bla kuxjenza u eks-kandidat Nazzjonalista, ma sfilzax l-istatement, għax qal li t-tifel kellem lill-avukat qabel ma daħħal l-istatement; allura, irraġuna li kellu avukat miegħu. Argument tal-ġungla. Kien hemm oħrajn li kellmu l-avukat qabel ma daħħlu l-istatement u l-istatements ġew kollha sfilzati. Għaliex tat-tifel le? Imissek tistħi. Taf li damu sagħtejn jinterrogawh u qatt f’għomru t-tifel ma kellem pulizija jew daħal ġo xi għassa. L-imħallef Ian Spiteri Bailey qal li ma kkonvinċihx li hu vulnerabbli. Taf xi tfisser vulnerabbli sur duttur tal-liġi? Kellu 18-il sena biss meta sar il-każ. Veru li mort tgħid li kellek tibla’ d-droga biex ktibt is-sentenza? Min kien qed jiġri warajk? Minn min kont qed tibża? Min hi l-id moħbija wara dan kollu?
F’dawn l-aħħar sentejn, kull statement li sar mingħajr avukat kollha sfilzawhom. Għaliex tat-tifel le? X’hemm moħbi?
U peress li aħna tlabna għall-isfilzar tal-istatement, għaliex kellek tikkonferma li s-sentenza ta’ ħabs kienet korretta? B’liema dritt ikkummentajt meta ma kienx kompitu tiegħek? L-appell kien fuq l-isfilzar biss. Domna 4 xhur oħra nistennew is-sentenza. Qataha kontra. Immaġinaw dan it-tifel. Min hi l-id moħbija?
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li kull kas li deher quddiemha sfilzatu, lagħbitu lit-tifel tul il-kawża kollha, meta qaltli f’messaġġ li kelmet l-avukat ġenerali fuq il-każ tat-tifel, meta fil-fatt kienet qed taħdem kontra t-tifel għaliex meta ġiet il-kawża tal-appell quddiemha irrikużat ruħha. Tal-blieħ. In the first place, min qallek tindiegħes magħna? Għamilt hekk għax ridt l-għajnuna minn għandna. Għinik. Fejn fil-fatt irringrazzjajtna kemm-il darba.
Jekk dawn l-affarijiet ma jġegħlukx taħseb li parti mill-qorti hija mafja u mażunerija, xi provi jista’ jkollok iżjed? Ittorturawh lit-tifel. Għandkom qalb sinjuri dutturi tal-liġi, qed insaqsikom bħala missier li jħobb lill-uliedu, ma ħallasx għall-għemilu ibni? Dawn it-torturi kollha li qegħdin tagħtuh lilu u lilna l-familjari.
Qed niddikjara minn issa li jekk jiġrilu xi ħaġa bl-inġustizzja li qed timxu miegħu naħlef li nżommkom responsabbli. Ara ma taħsbux li għandkom id-dritt divin fuqna għax tkunu żbaljati. Morna quddiem il-qorti kostituzjonali, quddiem 3 imħallfin. Reġgħu rrifjutaw li jisfilzaw l-istatement. Domna 4 xhur u nofs nistennew s-sentenza. Għaliex? Min hi l-id moħbija?
Int sur prim imħallef, mela ma għadekx disgustat bid-deċiżjoni li ħa Spiteri Bailey? Hu veru li hekk mort tgħid? U x’ġara issa? Inbidel kollox. X’hemm fin-nofs? Min ġagħlek tibdel fehmtek?
Min hi l-id moħbija? U lilek Tony Ellul, wieħed mill-imħallfin, mhux biżżejjed urejt il-ħdura tiegħek lejn familti meta jiena nirbaħ l-ikbar libel li qatt intrebah fil-qorti Maltija deċiż mill-wisq abbli Maġistrat Dr. Franco Depasquale, illum Imħallef. Int dawwartu ta’ taħt fuq fl-appell għax jien Laburist u għax il-kawża kienet kontra Caroline Muscat. U issa? Issiġillajt il-ħdura tiegħek lejn ibni. Min hi l-id moħbija?
Il-qorti għandha tgħaddi lilkom ġuri u takkużakhom b’aġir ta’ tortura mentali istituzzjonalizzata li tista’ tinbotta għal suwiċidju bl-inġustizzja tagħkom.
Hija ħasra li hemm maġġoranza kbira ta’ maġistrati u imħallfin serji u ta’ integrita’ kbira li jiġu mtappna minn dawn il-ftit li l-għan tagħhom hija l-ħdura, it-tpattija politika u l-vendikazzjonijiet għax mingħalihom ma jista’ għalihom ħadd.
Istħu.
Shame.


Il massunerija fl aqwa tahha.
ftakart x`kien qalli hija, l-prokuratur legali John Privitera, illum mejjet, ghexieren ta` snin ilu. Kien qalli li l-korruzzjoni fil-qorti kien dahhala Guido de Marco, li kien jaf is-sentenza qabel tinghata !! Il-Qorti DEJJEM KIENEY FIL-BICCA L-KBIRA TAGHHA ISTITUZZJONI NAZZJONALISTA ! dan il-fatt qed jigi kkonfermat b`dak li ghaddej issa fil-kaz tat-tliet sptarijiet !!!!
Ligi ghal-laburisti u ligi ghal tal-qalba. Mazunerija galire.
Qorti taz zibel, imhalsin ta full time, bl-istaff kollhu taghhom u jahdmu part time. Skrapjahom u keccihom kollha, ingiebu 6 imhalfin germanizi u 6 magistrati ngliza u malajr tara kemm jinhelsu malajr il kawzi !!
Hasra tisma id died ta dan il missier, hu min hu. Hekk titkisser hajja ta zaghzugh ghax inqabad fi zball venal. Il qrati Maltin jehtieg jitnaddfu wahda sew u min ma jridx ikun gust u efficjenti ghandu jitwarrab. Difficli ghax il PN mhux ser jghamilha zgur u jekk jithajjar il PL jinghad li qed jindahal. Kuragg sur Dalli ibqa vicin ibnek. Ara tahseb li it tfal ta dawn in nies safja u puri.