Kumment tajjeb ħafna ta’ kif il-ġudikatura tkisser lin-nies: il-każ ta’ Fr. Luke Seguna
Dan is-sit kien tkellem fil-bidunett favur Fr. Luke Seguna. Ħafna Laburisti ma kienux qablu ma dak li kont qed nikteb fuq Fr. Seguna. Jien kont u għandni nargumenta li Fr. Luke Seguna hu vittma tas-sistema ġuridika u tal-pulizija.
Issa nqala’ l-każ ta’ Joseph Muscat. Mhux ser nidħol fuq il-każ ta’ Muscat. Imma issa, għaliex mmisset politiku, bdejna nitkellmu dwar l-oxxenitajiet li għandna fis-sistema ġuridika tagħna fejn kollox jiddependi quddiem liema maġistrat jew imħallef tinzerta.

Ara Fr. Luke sab maġistrata ostili għalih li bagħtitu l-ħabs minkejja li l-pulizija ma kellhiex evidenza u prova fuq xhiex tibbaża l-akkużi tagħha. Imma r-Repubblichini qalu li hu ħati u l-Kurja qablet magħhom. U la darba dawn jitkellmu, kulħadd irid joqgħod għal li jgħidu. Għax dawn imexxu l-qrati!
Araw dan il-kumment ta’ hawn taħt. Verament tajjeb. Dan il-kumment jitkellem ċar kif persuna nżammet il-ħabs bla evidenza u kif il-maġistratura qed tfittex mhux li tagħmel ħaqq ma’ dan il-qassis, imma tipprova ssib ix-xagħar fl-għaġina ħalli tiskolpa lil min għamel din l-inġustizzja kollha kontra tiegħu!


Ilna naraw ghoqda ta’ nies vendikattivi bla limitu. Dawn l- Insara m’ghandhomx raghaj li jigbidhom lejn il-moghdija id-dritta? Bhas-sriep jobzqu l-velenu. Is-serp ma spiccax b’rasu mifqugha taht gharqub ta’ tieba?
Fr Luke zaghzugh jeghleb il-persekuzzjoni . Mhux l-istess jista’ jinghad ghall-genituri tieghu . Qed tghadduhom minn hafna nkwiet. Kuragg familja Seguna.
Fil Kaz ta Luke lisqof qal jekk
Dan Il Kaz ma tfisser Li jekk andek sigra wahda mawga Il bosk kollu maweg
Jien nghidlu lil mons xghamilt int biex din is sigra tiddritta
Nghidu Il verita.mon ghaliex kull parrocca Mandiux accountant ta veru Jara Li l Kap qed jonfoq kif.suppost U jigi publikati lil komunita kollox trasparenti bismijiet tad donaturi bil permess tahom