Il-President tar-Repubblika bdiet b’nota ħażina meta marret iżżur lil Eddie Fenech Adami biss.
Minn qarrej ta’ dan il-blogg
Min hu tal-affari tiegħu qed jistaqsi x’marret tagħmel Myriam Spiteri Debono iżżur lil Eddie Fenech Adami. Ħa nkun ċar. Mhux qed ngħid dan għaliex jien Laburist u Eddie Fenech Adami għamel il-ħajja tiegħi u tal-familja infern matul il-perjodu li hu kien prim ministru.
Hawn qed nitkellem fuq strateġija u protokol. Meta kien hemm l-inawgurazzjoni tal-presidenza l-ġdida, kien hemm żewġ presidenti ħajjin li kienu neqsin. Ma għandix dubju li dawn ma marrux minħabba l-eta’ jew raġuni validissima. Hawn qed nitkellem għal Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici.
Għalhekk qed nistaqsi x’marret tagħmel Spiteri Debono għand Fenech Adami l-ewwel. It-twegiba li marret iżżur wieħed mill-eks-President ma tagħmilx sens.
Li kieku riedet tagħmel hekk kellha żżurhom kollha u tibda bl-aktar wieħed anzjan jiġifieri b’Ugo Mifsud Bonnici.
Il-mossa ta-President aktar dehret bħala sinjal ieħor lir-Repubblichini li bil-barka tagħhom saret president u li għandha d-dejn maghhom.
L-għada ta’ din iż-żjara għand Eddie Fenech Adami, kien hemm iż-żjara ta’ Ugo Mifsud Bonnici u l-mara tiegħu għand il-president. Ugo Mifsud Bonnici, anki jekk illum imdaħħal sew fiż-żmien, mar personalment. Nifhem li dan ma jistax jagħmlu Eddie Fenech Adami. B’hekk dak li kellu jsir hu li l-ewwel stenniet iż-żjara ta’ Ugo Mifsud Bonnici, u wara marret għand Fenech Adami, peress li minħabba saħħtu, hu ma setax imur personalment.
Miriam Spiteri Debono trid tifhem li fil-kariga li għandha, għandha ħafna privileggi, imma għandha ħafna risponsabbilitajiet marbuta ma’ protokol. Il-protokol ma jsirx għalxejn. Il-protokol isir biex ikunu evitati rancori u mossi żbaljati li jwasslu biex taqta’ figura ħażina l-presidenza.


Artiklu bal sugu w bla sens! Vavi!
Waste of web space….pointless article. Imma ghax President mara once again kulhadd jahseb li ghandu dritt madornali li jiddetta kif ghandha tahdem…ghax ragel hekk jaghmel…jghid lil mara x ghandha taghmel!
Nghidlek kemm il-qarnita WenzuGorg ghandha swaba twal hafna