Id-diskussjoni dwar l-għażla ta’ Spiteri Debono ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jiem
Fi żmien ġimgħatejn pajjiżna hemm ċans tajjeb li jispiċċa bi President mara jekk il-partiti jaqblu li Miriam Spiteri Debono għandha tilħaq president. Ilbieraħ dan s-sit u anki l-media ħarġu bl-aħbar li Miriam Spiteri Debono qed tissemma’ biex tkun president. Fil-verita’, id-diskussjonijiet dwarha ilhom għaddejjin aktar minn ġimgħa. Kien ilbieraħ li ħarġu fil-beraħ.
Nistgħu nqisu lil din il-persuna bħala waħda ta’ b’nofs kedda. Dan mhux qed ngħidu bi kritika lejn Spiteri Debono. Qed ngħidu għaliex jidher li kemm il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ħallew barra minn din id-diskussjonijiet tagħhom lill-membri parlamentari rispettivi u tkellmu ras imb’ras. Sal-bieraħ t’lura, kien hemm il-laqgħa tal-grupp parlamentari Laburista u l-membri ma kienux jafu x’kien qed ġie deċiż. Mhux kulħadd fil-gruppi rispettivi qed jaqbel ma’ din l-għażla. Dan jista’ jkun problema għal Spiteri Debono anki jekk jidher ċar li l-kapijiet rispettivi ser jimponi d-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-membri rispettivi tagħhom.
Irid jingħad li piki tat-tfal wasluna għal din is-sitwazzjoni. Għandna ż-żewġ mexxejja prinċipali li qed jinnegozzjaw. Ma jistax ikun li ż-żewġ mexxejja jagħmlu kondizzjonijiet li ma jkunux ta’ ġid għall-pajjiżna.
Il-President kurrenti qal mal-medja Maltija li hu ma għandu ebda pjan li jibqa’ President jekk iż-żewġ mexxejja ma jifthemux. George Vella għamilha ċara li d-dover tiegħu jkun għamlu sal-aħħar ta’ Marzu u jixtieq jirtiera bil-kwiet. Min-naħa l-oħra, jidher li l-mexxejja ma jridux li pajjiżna jispiċċa b’Aġent President.
Issa li l-isem ta’ Spiteri Debono sar pubbliku. B’hekk nuqqas ta’ ftehim dwarha ser jirrifletti ikrah fuq iż-żewġ partiti l-kbar. Ir-Repubblichini jinsabu b’ħalqhom magħluq. Fejn is-soltu jitkellmu ma huma qed jgħidu xejn. Imma jidher li Spiteri Debono hija ben vista’ minnhom għaliex kienet tkellem favur Daphne Caruana Galizia f’diskors li Miriam Spiteri Debono kienet għamlet fl-Otto Settembre. Infatti, dan il-fatt ingħata bħala byline fl-istorja ta’ The Times. Hu ċar li The Times trid lil Spiteri Debono. Dan ifisser li ser ikun diffiċli għal dawk fil-PN li ma jaqblux ma din l-għażla biex juri ddisapprovazzjoni tagħhom.
Għalhekk issa li ħareġ dan l-isem, il-mexxejja taż-żewġ partiti jridu jiftehmu fuqha. Jekk ma jiġrix hekk, ftit ser ikunu dawk li jaċċettaw il-fatt li ma nstabx kandidat idoneu miż-żewġ naħat. Ftit huma dawk li ser jaċċettaw il-fatt li ż-żewġ mexxejja ma sabux soluzzjoni għal din il-problema. Ftit huma dawk li ser jaċċettaw il-fatt li ż-żewġ mexxejja ma kienux kapaċi jifthemu fuq isem wieħed għal din il-pożizzjoni li, fuq kollox, hija meqjusa bħala waħda ċerimonjali.
Għalhekk, jidher ċar li l-president futur ta’ Malta ser tkun kandidata mara. Din kienet xi ħaġa li awspika Joseph Muscat. Għal darba oħra, dan il-politiku ġab il-boċċa ħdejn il-lik.


Fid-dinja mux possible tikunttenta lil kulhadd hu f’Malta iziejd hu izjied. Pero messhom ikunsidraw daqxejn lil pepi, lil-salvu tal-kelb hu lil gonz.