Kevin Cassar jerġa’ jevita li jsemmi lil Anton Attard fil-kritika li għamel lill-PBS
Minn osservatur politiku
Kevin Cassar ma jafx jistħi. Kiteb artiklu biex jispjega dak li qal l-Awditur Generali fuq il-PBS. S’hawnhekk tajjeb.
Kevin Cassar spjega tajjeb fid-dettal il-frejjeġ li qed jagħmel iċ-Chairman Eżekuttiv Mark Sammut. Dan is-sit qed ukoll jikteb dwarhom. Imma l-ipokrezija ta’ Cassar hi bla limitu. Waqt li jgħid li fil-PBS hemm €7.5 miljuni mhux miġbura u jammetti li parti minnhom ilhom 5 snin, Cassar imkien ma jsemmi li familjari tiegħu, Anton Attard, kien imexxi l-PBS qabel Sammut.
Imkien ma jgħid Cassar li parti mill-froġa hi riżultat tat-tmexxija ta’ Anton Attard li kien magħruf għall-infieq. Lanqas ma jgħid li wieħed mill-ħbieb ta’ Sammut kien Anton Attard. Cassar u Attard kienu ħbieb sew imma jidher li issa hemm daqxejn friction bejnithom minħabba l-Eurovision. Jidher li kienu ġġieldub minħabba l-Eurovision. Imbagħad hemm il-ħbiberija ta’ Attard ma’ Mark Vassallo. Vassallo hu l-avukat ta’ Keith Schembri u fin-negozju ma’ Attard.
Tajjeb li wieħed jirrimarka li taħt dan iċ-Chairman, Anton Attard għandu l-aqwa ħin fil-Prime Time biex jagħmel programmi flimkien mal-istess nies li kienu jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-massa tal-Partit Laburista.
U kumbinazzjoni kemm ħaten Anton Attard kif ukoll ħaten Kevin Cassar huwa Beppe Fenech Adami.


Dan il-gharef imissu jitmashan dwar il-kontijiet pendenti, djun ma’ kumpaniji privati, entitajiet parastatali, licenzji li shabu tal-PN baqghu mahallsux.