Is-salarju tal-kummissarju tal-films
Minn osservatur politiku
Ftit tal-ġranet ilu ħarġet l-informazzjoni dwar iż-żieda qawwija li ngħata Johann Grech, il-Kummissarju tal-Films. Il-paġa tiegħu issa telgħet għal €150,000 fis-sena. Mela qed ngħidu li dan il-Kummissarju ser ikun qed jaqla €12,500 fix-xahar. Din tistona ħafna meta tkun imqabbla ma’ min jagħmel xahar jaqla’ fwiedu fix-xogħol tiegħu u jieħu d-dar €925.
Issa ilna nisimgħu dwar dan il-Kummissarju u dwar salarji fenominali għal ċertu persuni. Ilhom għaddejjin stejjer dwar dan ir-raġel li ma jiddejjaq xejn jonfoq flus il-poplu biex itella’ serata waħda. Mhux hekk biss imma wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li dan l-istess Kummissarju qed ikun investigat mill-Awditur Ġenerali għal ammonti kbar li nefaq u ma tax rendikont tagħhom.
Il-partit fl-oppożizzjoni staqsa kemm il-mistoqsija parlamentari biex ikun żvelat kif inteffqu l-flus biex ittellgħet il-Film Awards. Niftakru li għadna kif sirna nafu li l-preżentatur barrani f’din is-serata tħallas €120,000. Għalkemm il-Ministru konċernat għandu diversi mistoqsijiet parlamentari x’jirrispondi huwa qed ikompli jaħbi mill-poplu u ma jippubblika ebda informazzjoni. Kemm huwa sewwa li l-Ministru u l-Kummissarju joħorġu bl-iskuża, biex ma jirrispondux il-mistoqsijiet, billi jgħidu li huma ma jafdawx lill-oppożizzjoni.
Iż-żieda stratosferika li qed jingħata lil Johann Grech tistona tremendament meta tiftakar li l-Gvern għadu ma sabx il-flus biex jasal għal ftehim finanzjarju mal-għalliema. Tkompli tistona meta f’pajjiżna għandna ħafna rapporti ta’ nies li mhux ilaħħqu mal-ħajja. Tistona iktar meta niftakru li l-poplu kollu qed ikun maqrus mill-għoli tal-ħajja. Allura x’eżempju qed jagħti l-Gvern meta lil wieħed tal-qalba jagħtih rigal ta’ eluf fil-paga tiegħu?
Imbagħad il-Ministru, u sħabu kollha, jieħdu għalihom għax infakkruhom f’dak li kienet qalet Rosianne Cutajar li kulħadd jitħanżer. Il-paga tal-Kummissarju tal-Films hija eżempju ċar ta’ kif persuna waħda, magħżula mill-Gvern, takkwista ħanżirata. Imbagħad il-Ministri jieħdu għalihom meta jisimgħu lill-poplu jgħid li huma jiġu jitmellħu altament mis-sitwazzjonijiet tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi.
Kellu bżonn il-Gvern jiftaħ idejh ma’ min qed ibati l-ġuħ li minnhom hawn eluf. Kellu bżonn il-Gvern jiftaħ idejh ma’ min jaqla’ il-paga minima. Kellu bżonn il-Gvern jiftaħ idejh mal-impjegati kollha tiegħu li żgur ħaqqhom żidiet fil-pagi tagħhom.
Kif jista’ l-Prim Ministru jagħti għotja bħal din lil persuna waħda li tfisser li dan qed jaqla’ tliet darbiet iżjed mill-istess Prim Ministru? Din hija ħniżrija għax ma hemmx kelma oħra li tista’ tuża f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Jieħu għalih min irid imma din hija verament ħniżrija b’xamma kbira ta’ kollużżjoni u korruzjoni.


Hemm differenza bejn il-hanzirata ta mara li ma gabet xejn hlief xi xenneggati tal gendru min dan il-kaz li haddem eluf u eluf ta’ haddiema u gab Miljuni kbar value added lil Industrija. Ara meta fi zmien iehor kienu jhallsu bil-peanites is-success f din l-industrija kienet minima. Sa fejn naf jien it-teachers ghadhom ma ftehmux fuq il-hinijiet ghax iridu jahdmu inqas min haddiema ohra u mhux fuq il-pakkett finanzjarju ghax la l-ekonomija sejra tajjeb kullhadd igawdi.
Niskanta kif ta Repubblika ma jinzlux il-belt iwaqqaw il-ministeru tat-turizmu. Donnhu jiccaqalqu biss fejn ghandha x’taqsam Daphne Caruana Galizia u Yorgen Fenech, ghax fejn l-ufficcju ta’ Rosianne Cutajar marru xi darbtejn kienu bit-teatrini u x-xenati.
Ippreferew li jaghmlu show quddiem l-ambaxxata Russa, just biex jiehdu naqra mileage internazzjonali, peres li jithabbu mal-organizzazzjonijiet ta’ barra minn Malta.
Ara biex imorru Sqallija, ifakkru id-delitt ta’ Capaci, jmorru corma minnhom, biex jghawgu halqhom bit-taljan.
Onestament, din tas-salarju ta’ dan il-Kummissarju, specjalment ftit gimghat wara li l-gvern ghamel stunt u baxxa xi prezzijiet ta’ l-ikel ghax hadd m’huwa qieghed fu**ing ilehhaq mal-hajja, hija ahbar oxxena, li ghandha tixxokkja lil kulhadd. Mhux ta’ b’xejn ghamel l-open day ta’ Gladiator – biex jghatti xturu minghalih.
Ohra, fejn hu il-PAC f’dan kollhu? Ghadna mwahhlin fuq il-powerstation?
Fejnhom il-media l-ohrajn? Fejn hu Andrew Azzopardi li dakinhar li harget l-ahbar tal-kuntratt intervista lil Bartolo u kienet qisa diskussjoni scripted bejn zewgt ihbieb? Il-media ma’ tantx ghandhom ghalfejn jitkellmu, ghax ir-riklami tal-FILM COMMSSION jidhru kullimkien. L-open day ta’ Gladiator kienet advertised (anke fuq front page) fuq l-istess gazzetta li talbet ghar-rizenja tal-Kummissarju. Fejnhom LovinMalta u Tim Diacono? Din mhux ahjar isaqsi fuqa mad-doorstep tal-Parlament, minflok jinhela jsaqsi fuq min kien liebes ta’ hanzir fin-nadur? Fejn hi l-Oppozizzjoni? Din mhux iktar gravi mill-format tal-Malta Eurovision Song Contest?
Soluzzjoni wahda biss hawn ghal min vera ma jridx jara lil Malta tinqered iktar – li jitlaq minn dan il-pajjiz u jibni hajja x’imkien iehor, because there is simply NO ONE TO TURN TO.
Mela I penzjonant ihallas it taxa fuq IL penzjoni li jiehu.
Kemm kien jithallas l’RCC u x’git halla lil Malta?
Jidher li s-Sur Grech jaqla’ aktar mid-dopju tal-Prim Ministru!! Prosit!!! Min approvalu dan is-salarju??? Jista’ f’ġieħ it-trasparenza u kontabbilita’ jiġġustifka s-salarju mogħti lis-Sur Grech, jekk jogħġbu???