Mark Sammut tal-PBS u Anton Attard huma ħaġa waħda

Minn osservatur politiku

B’referenza għall-artiklu li deher fuq dan l-istess sit, ‘Wara l-froġa tal-Eurovision, ħafna qed jgħidu li Mark Sammut ma tantx fadallu ħajja bħala chirman tal-PBS’ wieħed ikompli miegħu u jistaqsi, għaliex taħsbu li l-Oppożizzjoni ma tgħid xejn fuq Mark Sammut? Ara l-ħaddiema tal-PBS jafu r-raġuni x’inhi.

Mark Sammut huwa ħaġa waħda ma’ Anton Attard, li qablu kien imexxi l-PBS bil-barka ta’ Joseph Muscst. Dan l-istess Anton Attard issa jipproduċi programmi tajbin imma l-PBS ftit li xejn jieħu minnhom għajr il-kirja tal-airtime.

Il-kumpanniji l-kbar tar-reklamar jonfqu eluf ma’ Anton Attard u ftit mal-PBS. Illum f’TVM kulħadd jitkellem fuq il-monopolju ta’ Attard u kif inhu protett minn Kastilja kif ukoll mill-klikka tar-Repubblichini li ħakmet il-Partit Nazzjonalista.

U biex iżjed jissaħħaħ Anton Attard, issa Bernard Greċh poġġa lil Claudette Pace bħala shadow tal-PBS. Jidher li din il-ġimgħa lanqas riedet tidher mas-segretarju Ġenerali Michael Piccinino li mar waħdu jagħmel konferenza quddiem barrier fl-entrata tal-PBS. Piccinino semma lil kulħadd minbarra liċ-Chairman Sammut u lil Anton Attard, li jiġi ħaten Beppe Feneċh Adami.

Għalhekk il-ħaddiema tal-PBS ma jistgħux jafdaw lill-Partit Nazzjonalista għax qalgħuha fi żmien gvern Nazzjonalista meta kien hemm Anton Attard CEO u komplew jaqilgħuha taħt il-labour meta Attard baqa jikkontrolla liċ-Chairman il-ġdid.

Il-PBS

One thought on “Mark Sammut tal-PBS u Anton Attard huma ħaġa waħda

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading