Saviour Balzan jerġa’ jakkuża lil Jason Azzopardi bħala l-persuna wara l-għoti tar-rapport tal-Europol lill-media

Saviour Balzan reġa’ wża l-gazzetta MaltaToday biex ifakkar li Jason Azzopardi huwa l-bniedem li fl-2018 ta r-rapport tal-Europol lill-media. F’dan ir-rapport jissemma l-isem ta’ Peter Caruana Galizia bħala wieħed mill-prime suspects. F’dan ir-rapport, ma jissemmiex l-isem ta’ Yorgen Fenech. Mela l-avukat tal-familja Caruana Galizia ta lill-media rapport li fih hemm imsemmi r-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia. Wara li l-media kellha dan ir-rapport, f’daqqa waħda saret chorus sħiħ tgħajjar li Yorgen Fenech huwa l-mastermind ta’ dan id-delitt u l-kummissarju tal-pulizija ħareġ jgħid li kulħadd li kien hemm wara dan id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia nqabad!

Dak li ma spjegax Saviour Balzan huwa l-fatt li anki jekk il-media kellha dan ir-rapport, qatt ma tkellmet dwaru. Anzi kollha ftehmu li jibdew jgħidu li Yorgen Fenech huwa l-mastermind ta’ dan id-delitt.

Fuq kollox, Saviour Balzan qed jgħid li kulħadd, inkluż il-pulizija kienu ilhom jafu bih mill-2018. Balzan xela’ lil Azzopardi u avukati oħrajn li ppruvaw jikkonvinċu li ħadd minnhom ma ra dan ir-rapport. Balzan allega li kulħadd inklużi l-pulizija, il-maġistrat, l-avukati tal-prosekuzzjoni, l-avukati li jinkludu lil Jason Azzopardi, l-avukati li jippreżentaw iż-żewġ naħat fil-kawżi, pruvaw jagħtu l-impressjoni li ma kienux jafu x’fih dan ir-rapport tal-Europol.

Infakkar li taħt ġurnament, Arnaud qal li sar jaf bih ħafna wara li ġie magħmul mill-Europol!

Verament kif jgħid il-qawl Malti li bejn l-imbroljuni ma hemmx ħbiberija.

Issa tifhmu għala l-pulizija qatt ma investigat min hemm wara l-ħruġ ta’ dawn iċ-chats. Issa tifhmu għala jien ili ngħid li hemm frame-up. Mela li taħbi rapport bħal dan mhux frame-up? Fuq kollox, il-ħabi ta’ dan ir-rapport huwa parti mill-kampanja ta’ ksur ta’ liġijiet. Saviour Balzan qed jakkuża lill-kulħadd li kien hemm fl-awla li kiser il-liġi, inkluż lill-pulizija.

Infakkar li dan ir-rapport ingħata lill-maġistrat Antonio Vella li wara għamluh imħallef. Infakkar li fil-media internazzjonali ntqal li sar imħallef għaliex kien maġistrat li l-istat ma riedux ikompli jinvestiga dan il-każ. Infakkar li Antonio Vella kien wieħed mill-maġistrati approvat minn Peter Caruana Galizia!

Mela l-avukat tal-familja li tridha tal-palidina tar-rule of law hija l-aktar familja maħmuġa f’Malta. Tista’ tikser il-liġi u ħadd ma jista’ għaliha. U min jgħinha tikser il-liġi jispiċċa mħallef tal-qrati Maltin.

Jista’ Peter Caruana Galizia jikkonferma li hu għandu kontroll fuq il-media u jgħidilhom lil min jinvestigaw u kontra min jieqfu jinvestigaw? Qed ngħid sew li s-swaba’ tal-qarnita f’dan il-każ imorru sal-Kurja tal-Arċisqof u l-gazzetti bl-Ingliż?

Naħseb li anki fuq dan għandu jibda jikteb Saviour Balzan.

Infakkar li din il-familja għodda ġabet il-krollament tal-istat Malti fl-2019, minħabba l-qarnita’ ta’ intriċċi li għandha marbuta magħha.

Nieħu gost li issa Saviour Balzan ma tantx qed jidher li qed idur mal-lewża. Balzan jinsab konvint minn dak li qed jgħid u mid-dehra ebda ċaħda ta’ dan kollu ma kellna mill-istess avukat tal-Caruana Galizia. U fuq kollox, il-Caruana Galizia huma ferħanin li Jason Azzopardi hu l-avukat tagħhom.

Infakkar li Balzan qed jgħid li mhux talli qed jixlieh li qara dan ir-rapport imma qed jixlieh li tah lil xi persuni fil-media biex ikunu jistgħu janalizzawh u joħorġu l-konkluzzjonijiet tagħhom.

Balzan kompla jinsisti li dawn l-avukati kollha u l-pulizija kienu qed jirreċtaw meta qalu li huma ma kienux jafu x’fih ir-rapport. Balzan kompla saħħaħ l-argument tiegħu meta qal li dak l-avukat li kien fl-awla l-ġimgħa l-oħra llikja dan ir-rapport lil diversi nies fil-media u dan ilu jsir mill-2018. Balzan ġibed widnejn dan l-istess avukat meta qallu li missu darba oħra joqgħod attent qabel ixerred dan ir-rapport meta hu rappreżentant tal-familja Caruana Galizia. Jista’ jkun li dan ir-rapport kien fih informazzjoni li ma kienetx qed taġevola lil din l-istess familja.

Dan ir-rapport ġie ikkupjat diversi drabi minn nies li jaħdmu fit-taqsima tal-aħbarijiet. Il-biċċa l-kbira tagħhom użaw dan ir-rapport u kkummentaw dwaru fuq il-media tagħhom. Oħrajn li huma ftit iktar attenti fix-xogħol tagħhom preferew li jżommu dan l-istess rapport mistur fil-kxaxen tagħhom.

Il-parti tal-artiklu ta’ Saviour Balzan li terġa tfakkar li kien Jason Azzopardi li ħareġ l-informazzjoni lill-media.

3 thoughts on “Saviour Balzan jerġa’ jakkuża lil Jason Azzopardi bħala l-persuna wara l-għoti tar-rapport tal-Europol lill-media

  1. Dawn esperti bhalma kienet il-maqtula biex jinholqu frame-ups u biex jinqdew bil-media biex jassassinaw il-karattru ta’ bosta nies u jnisslu thassib kbir u biza’ fost il-familjari innocenti taghhom. Darba xi hadd kiteb li l-bandiera taghhom fiha hafna iswed. Dlam meet.

  2. BALZAN :- “It turned out that the persons of interests list was simply speculative and contents (of report) were irrelevant to the case”. That is why I commented that some of the things the police are being accused of, (and some of these accusations are correct) If the police didn’t acted like they did, after they managed to get hold of ‘SOLID PROOF FOR THE CASE AT HAND’, (They the police in the best interest to saveguard their accuired solid proof), if they didn’t work like they did, such things would have only served as INGROPPI in their work. BALZAN :- ”Only those with a medicom of decency have opted to keep that copy under lock and key”. The person BALZAN is impecating with the leak, BALZAN is correct, But BALZAN, and you, MERCIECA, ghax ekk jaqblilkhom, are not mentioning the SECOND SOURCE OF LEAK. HAXXI TREMEND U MA JAQTA XEJN.

  3. Apart from who is being accused as a source of the leak of which there is no doubt. Both you and Balzan have directly or indirectly claimed to have been given or seen the said report, nobody in his right mind will belive that what you both have claimed to have been given or seen is what the claimed leak source leaked, so this report must have been leaked by more then one source. I am in no way defending the source that both you and Balzan claimed leaked the report, as he is the source of all things bad on God’s green earth. and kudos to you for the selected parts that you have leaked. But I am sorry to say that in my mind both you and Balzan are in direct competition with the one that represents all that could be bad on God’s green earth. Both in personal terms as well as in monetery terms.

Leave a Reply to ICancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading