Il-poplu jirribella fuq is-siti soċjali kontra l-PBS għall-mod kif sar il-Eurovision u lmenti jaslu sa Kastilja
Għal darba ser naqbel ma’ The Times fuq x’ġara fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Fl-aħħar siegħat, is-siti soċjali, kienu mifqgħuha b’kummenti negattivi, b’uħud anki dispreġġjattivi kontra t-tmexxija tal-PBS. Dan seħħ minħabba li xi ħadd ġietu l-idea ġenjali li jagħmel is-serati tal-Malta Eurovision Song Contest ġewwa l-istudios tal-Gwardamangia. B’hekk dawn is-serati saru fi spazju ta’ 10 piedi tul u b’għaxar piedi wiesa’.
Dan is-sit jinsab infurmat li fl-aħħar xhur, iċ-Chairman tal-PBS webbes rasu anki jekk kien hemm min tah pariri mod ieħor, jiġifieri li dan il-festival ma jista’ qatt isir mingħajr is-sabiħ tal-pubbliku preżenti. Fuq kollox, min jerbaħ, kien ser jaffronta l-pubbliku xorta waħda. B’hekk din kienet ser isservi biex il-kantanti jesperjenzaw sitwazzjoni reali b’eluf ta’ nies preżenti. Għalhekk, l-ikbar weġgħa ħaduha l-kantanti li tilfu opportunita’ li kellhom ta’ darba f’sena li jgħannu fuq palk professjoni b’udjenza ta’ eluf ta’ persuni quddiemhom.
Din id-deċiżjoni wriet ukoll li wara li ilu sentejn imexxi l-istazzjon Nazzjonali, iċ-chairman tal-PBS Mark Sammut għad m’għandux idea tad-doveri ta’ dan l-istazzjoni ċari f’moħħu. Wara din il-vroma qed jiġi kkritikat li m’għandu idea ta’ xejn fil-qasam tax-xandir pubbliku.
Sammut għandu din l-iffassassjoni li jrid akkost ta’ kollox inaqqas l-ispejjeż fil-PBS ‘across the board’ u kien għalhekk li dan il-festival mexxieh mill-MFCC għan-niżla tal-Usrolini fi Gwardamangia’. Imma waqt li wieħed jifhem dan il-concern finanzjarju, wieħed irid jgħid li l-PBS jingħata fondi pubbliċi biex ikun jista’ jwettaq obbligi nazzjonali li dejjem kellu dan l-istazzjon. Dawn ma jistgħu jinqatgħu qatt. Dik li jxandar dan il-festival hija waħda minn dawn l-obbligi. B’hekk jidher li Mark Sammut għandu problema biex jifhem li l-PBS u l-fondi li jingħata mhumiex tiegħu personalment.
Infatti dan is-sit jinsab infurmat li fil-PBS, kulħadd kien kontra li dan il-festival isir fi Gwardamangia stess. U minkejja l-pariri li ngħata biex għal darba ma jagħmilx dak li jgħidlu moħħu skont it-temp ta’ filgħodu, Mark Sammut webbes rasu u waqqa’ l-istazzjon nazzjonali għan-nejk ma’ Malta u Għawdex kollha.
Dan il-feeling kien espress fil-media soċjali. Il-kummenti negattivi ma kienx biss minħabba l-post imma anki fuq il-produzzjoni, il-livell tad-diski, il-preżentazzjoni u x-xandira innifisha. Saħansitra kien hemm anki uffiċjali tal-Gvern u persuni oħra fdati mill-OPM biex imexxu entitajiet governattivi li esprimew id-disappunt tagħhom fil-pubbliku għall-edizzjoni tal-Eurovision ta’ din is-sena.
It-terremot ta’ kummenti tant kemm kienu b’saħħiethom li waslu anki fl-Uffiċju tal-Prim Ministru f’Kastilja u għand Robert Abela nnifsu u għand ministri oħra tal-gvern. Il-ministri tal-gvern u l-uffiċjali f’Kastilja jinsabu imbarazzati bil-kbir biċ-Chairman tal-PBS Mark Sammut. L-għajta fuq fomm kulħadd hija li kienet id-deċiżjoni ta’ Sammut innifsu li dan il-festival issir fl-Istudios tal-Gwardamangia. Din id-deċiżjoni wassalet biex ġelled lill-gvern mal-kantanti u l-familjari u l-ħbieb tagħhom. Ħafna minnhom huwa familji kbar Laburisti.
Huma qed iwaħħlu fil-gvern għal din il-vroma kollha.


X’ghageb!!
Veru m’għandniex problemi serji Malta.
Waqqaw il – Livel tal – Festival.
Shame.
Fix ahna meghdijien.din il problema li ghandha 🇲🇹