Randolph Debattista ma jattendix vot kruċjali fil-Parlament waqt li Cyrus Engerer qed jipponta biex isir il-Head tal-Kummissjoni Maltija fi Brussell
Ilbieraħ t’lura, jew kif konna ngħidu fl-imgħoddi, fl-ewliemes, jiġifieri t-Tlieta 30 ta’ Jannar, id-deputat Laburista, Randolph Debattista, ma attendiex vot kruċjali fil-parlament li miegħu kien hemm marbuta tliet terzi tal-voti tal-kamra tad-deputati.
Wara li ma attendiex għal dan il-vot, jiġifieri lbieraħ, Randolph Debattista għamel użu mill-Facebook biex jibgħat dan il-messaġġ li ħafna fil-Partit Laburista qed jaqraw bħala messaġġ kontra Joseph Muscat. F’dan il-messaġġ Randolph Debattista kiteb hekk bl-Ingliż:

F’dan il-messaġġ, Randolph Debattista qed jgħid li wieħed soċjalista ta’ 67 sena qallu li hu importanti li wieħed jagħmel l-affarijiet sew fil-ħajja. Dan jista’ jwassal biex ma tkunx popolari, imma tkun tista’ torqod sew bil-lejl. Għalhekk trid tagħżel dawk ta’ madwarek b’mod għaqli”.
Dan qed jinqara bħala messaġġ dirett lil Robert Abela li ma għandux idaħħal lil Joseph Muscat lura. Infakkar li Randolph Debattista ma daħalx fil-Parlment b’elezzjoni, imma daħal b’co-option, jiġifieri ġie magħżul direttament mill-Prim Ministru Robert Abela biex jidħol fil-parlament. Ma attendiex għal vot anki jekk kien hemm bżonn żewg terzi.
Fuq kollox, fil-partit Laburista hemm min qed jgħid li l-Partit jinsab ħażin mal-elettorat, speċjalment mal-Laburisti, għaliex Randolph Debattista, bħala CEO tal-Partit Laburista ma hu qed jagħmel xejn. Fuq kollox hemm min saħanistra qal li Randolph Debattista qed jhedded li jirreżenja minn CEO.
Għalhekk dan is-sit bagħat mistoqsijiet lis-Sur Randolph Debattista. F’dawn il-mistoqisjiet dan is-sit staqsa għala ma marx jivvota nhar it-Tlieta li għaddew? Staqsa wkoll jekk hux veru li hu, jiġifieri Randolph Debattista hedded li ma jridx jibqa’ CEO tal-Partit Laburista? Fuq kollox staqsa jekk dak li tella’ dwar x’qal dak il-Laburist ta’ 67 kienx indirizzat għal Joseph Muscat?
Randolph Debattista wieġeb hekk:
Simon, kont qed nistenniek tibgħatli l-mistoqsijiet. Kollox predictable 🙂
- Min jafni, jaf li jiena xellugi u socjalist, allura l-kitbiet u l-hsibijiet tieghek ma tantx insegwihom u ma tantx naqbel maghhom. Minn fejn gejjin l-istejjer tieghek huwa evidenti.
- Xi trid tfisser bil-kelma heddidt? Jiena nidħol għax-xogħol kuljum, naħdem b’saħħti kollha biex il-prinċipji tal-Partit Laburista jitwettqu.
- Dwar l-istory li tellajt, ovvjament m’għandix permess intik id-dettalji tal-persuna li qalli hekk. Imma dal-persuna spirani u tellajt story indirizzata għax-xellugin f’pajjiżna li nemmnu fl-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali u d-demokrazija.
- Dwar il-vot tat-Tlieta serraħ rasek li biex jiena ma nkunx prezenti waqt vot Parlamentari trid tkun raġuni validissima li tkun komunikata minn qabel u maqbula mal-whip. Il-parteċipazzjoni parlamentari tiegħi ma niġġudikahiex jiena, imma min isegwi l-Parlament jista’ jara u jiġġudika hu.
- Nistiednek biex ma toqgħodx fuq xniegħat li jgħaddulek purament ghall-gossip imma toqgħod fuq dikjarazzjonijiet uffiċjali
Sadanittant dan is-sit jinsab infurmat li l-MEP Cyrus Engerer ma tantx hu interessat li joħroġ għall-elezzjonijiet Ewropej. F’dan il-kuntest dan is-sit staqsa lil Engerer jekk tefax għajnejh għall-post li bħalissa għandha Marlene Bonnici fi Brussell, bħala l-Head tal-Kummissjoni Maltija, jiġifieri ir-rappreżentant permanenti ta’ Malta fi Brussell. B’hekk dan is-sit staqsa lil Cyrus Engerer jekk hux veru li għandu interess f’din il-pożizzjoni.

Min-naħa ta’ dan is-sit, waqt li Randolph Debattista wieġeb mill-ewwel u ta’ dan nirringrazzjah, il-mistoqsija mibgħuta lill-MEP Cyrus Engerer ma kienx għadha mwieġba sakemm morna għall-istampa.

Nahseb li Cyrus ghadu zghir wisq biex jaghmel is-success f’din il-kariga bhal Marlene li hija seasoned sew f’xghola.