Kandidat Nazzjonalista jitkellem dwar ir-racket li hemm wara l-magni tal-flixken tal-plastik u jappella lill-MEPs biex jiddefendu l-interessi ta’ Malta f’dan ir-rigward fl-Ewropa.

Il-kandidat Nazzjonalista, Roderick Caruana wża l-Facebook page tiegħu biex jgħaddi messaġġ żgħir fuq il-livell nazzjonali dwar is-sistema tal-ġbir tal-flixken li spiċċat taxxa fuq il-poplu Malti kollu. Caruana qal li

Aħna l-Maltin kellna sistema, li kienet favur l-ambjent u verament tajba, li s-soft drinks u anke ċertu minerali kienu jinbiegħu ġol-fliexken tal-ħġieġ.

Dawn il-fliexken kienu jinħaslu bil-magni u mbagħad jerġgħu jintużaw.

L-Unjoni Ewropea għamlet żball kbir li ġiegħlet lil-pajjiżna nieqfu milli nużaw il-fliexken tal-ħġieġ u minflok nużaw il-fliexken tal-plastik.

L-ewwel ħaġa il-fliexken tal-plastik mhumiex environment-friendly u t-tieni ħaġa issa saret tedjanti li tmur issarrafhom fil-magni ta’ BRCS, plus l-isfidi li jġibu magħhom għal min m’għandux trasport.

Jien fiċ-ċokon tiegħi, bħala ċittadin Malti, inħeġġeġ lis-sitt Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) li jirrappreżentaw il-poplu Malti, biex jerġgħu jidħlu f’diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea biex għall-ispejjeż tal-Unjoni Ewropea stess nerġgħu nintroduċu l-fliexken tal-ħġieġ għal minerali.

P.S. U min irid isir miljunarju minn fuq dawn il-magni tal-fliexken tal-plastik u minn fuqna, imur jaħdem bħalna.

2 thoughts on “Kandidat Nazzjonalista jitkellem dwar ir-racket li hemm wara l-magni tal-flixken tal-plastik u jappella lill-MEPs biex jiddefendu l-interessi ta’ Malta f’dan ir-rigward fl-Ewropa.

  1. + you’re overlooking the possibility that plastic bottled liquids may not be so healthy to consume. We don’t need MEPs intervention. Just simply open the tap, drink fresh water, and stop consuming added sugars, returning bottles (making others rich) and it’s available in out kitchens without the need to transport.

  2. Dan l-appel Caruaa jmissu ilu li ghamlu lil shabu tal-PN.Mela nesa li Metsola ghandha kariga li ggorr certi responsabbiltajiet. Hatja ta’ hafna frejjeg. L-ahhar wahda tal-appogg lil aggressjoni Izraeljana. Ghidilha naqra li ghal-pajjizha m’ghamlet xejn. Il-kont bankarju mar tajjeb

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading