Wieħed minn dawk risponsabbli għala l-PN qiegħed f’din il-qagħda disastruża joħroġ jgħid li l-viżjoni u d-direzzjoni hija assenti fit-tmexxija tal-PN.
Qed inġib kumment li kiteb Alessandro Farrugia, l-eks-sieħeb ta’ Bernard Grech. Illum dan qed jgħajjar lil Bernard Grech li ma għandux viżjoni u direzzjoni. Waqt li Farrugia qabel mar-reshuffle ta’ Bernard Grech, kiteb li l-viżjoni u d-direzzjoni fil-PN illum hija assenti.
Nixtieq infakkar li dan Alessandro Farrugia kien il-bniedem li mbotta lil Bernard Grech biex ikun il-mexxej ta’ dan il-partit u ħadem biex jittajjar Adrian Delia. Infakkar li dan Alessandro Farrugia mexxa skwadra ta’ nies biex tattakka lil dawk kollha li politikament ma kienux jaqblu mal-għażla ta’ Bernard Grech.
Illum dan qed jammetti li, lil min għażel hu, la għandu direzzjoni u l-anqas viżjoni. Aħseb u ara kemm għandu viżjoni u acumen politiku Alessandro Farrugia li bl-azzjonijiet tiegħu kkontribwixxa għal dan id-diżastri kollu fil-PN. U wara li ġab lill-PN f’dan id-disastru kollu telaq ’l hemm u ħalla lill-benjamin tiegħu, jiġifieri lill-istess Bernard Grech, waħdu.
Infakkar li dan kien wieħed minn dawk li mbotta l-aġenda tal-woke u tal-liberali fil-PN. Infakkar li Edwin Vassallo ilu jikteb u jgħid li din l-aġenda liberali bidlet lill-PN f’partit tal-mibgħeda. Jien inkompli nżid u ngħid li l-liberali li hemm fil-PN jobżqu l-ħdura. Allaħares xi darba dawn it-talin jingħataw xi pożizzjoni ta’ poter għaliex massakru jagħmlu mill-poplu Malti. Dawn ma jimpurtahomx mill-ideali tal-PN. Dawn jimpurtahom li jmexxu l-aġendi moqżieża tagħhom u ta’ sħabhom, inkluż ta’ dawk il-liberali li llum jimmilitaw fil-Partit Laburista.
Edwin Vassallo qed jgħid is-sewwa meta jgħid li llum il-PN u l-PL saru ħaġa waħda.


Wisq probably li dan Alessandro telaq lem ghax qatta qalbu li xi darba jista jahtaf xi bezzul biex jerda. ghawn wisq redijja hu ftit bzizel.
Meta Bernard Grech kien qed izzarma lill PN, Alessandro Farrugia kien mieghu. U Alessandro mhux talli ma waqqfux lil Bernard talli kompla jghinu jzarma lil PN. U Alessandro ma telaqx minn jheddu. Imma dabbrulu rasu wara li nesa java l media li Bernard Grech kien se jitkellem il-Gudja fl-anniversarju tal-qtil ta’ Raymond Caruana. Alessandro, Ray Bezzina u Perigin komplici fil-hsara li ghamel Bernard Grech lill PN. Innutli jipprova jilghaba tal-innocenti illum.