Reazzjoni negattiva fost il-kleru għas-suġġeriment tal-Arċisqof Scicluna biex qassisin ikunu jistgħu jiżżewġu.

Il-media tal-Knisja tkellmet dwar dak li qal l-Arċisqof Scicluna li l-qassisin għandhom jitħallew jiżżewġu. Din ġiet bħala sorpriża għal ħafna qassisin peress li Scicluna hu mitqies bħala tal-Papa Ratzinger. Fr. David Muscat hu wieħed minn dawk il-qassisin li wera d-disapprovazzjoni tiegħu fil-pubbliku. Imma ma kienx waħdu.

Kien hemm qassisin li kitbu messaġġi sottili biex juru d-diżapprovazzjoni tagħhom lejn Scicluna. David Torpiano, qassis mill-Furjana tella’ ftit wara li ħarġet il-pożizzjoni ta’ Scicluna dwar id-dritt tal-qassisin biex ikunu jistgħu jiżżewġu dak li kien qal Parolin dwar iċ-ċelibat tal-Kleru.

Imma biex wieħed ikun fair ma’ Scicluna dwar id-dritt tal-qassisin li jiżżewġu kien bdieha Benedettu nnifsu meta kkrea struttura fil-knisja biex tilqa’ qassisin Anglikani miżżewġin li riedu jsiru qassisin Kattoliċi. Mela l-problema hawn mhux tinsab fil-fatt li qalha, imma bħal dejjem ma’ dan l-arċisqof, il-problema tinsab kif jgħid u jagħmel l-affarijiet. Hemm min beda jgħid li Scicluna qal xi ħaġa bħal din għaliex issa jaf li mhux ser isir kardinal. Il-fatt jibqa’ li xi ħaġa bħal din ma tingħadx lil media. Jekk xejn, l-arċisqof kellu jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu waqt xi sinodu tal-isqfijiet.

2 thoughts on “Reazzjoni negattiva fost il-kleru għas-suġġeriment tal-Arċisqof Scicluna biex qassisin ikunu jistgħu jiżżewġu.

  1. Mela qassis ma jistax jizzewweg ghax kif qed jinghad ma jkunx disponibbli ghal parruccani f`sens assolut. Allura min jghallem fi skola, kullegg, universita` suggetti li mhux religjuzi disponibbli? Jaghmel hinu fi klassi , jmur id-dar nassumi jikkoregi, jhejji lezzjonijiet ghall- ghada . Jghidu li ghax Kristu ma zzewwigx. Ghala ma zzewwigx xi hadd jista` jghid? Forsi ghax inqatel ta 33 sena u ma lahaqx? Hawn min izzewweg ta eta` kbira. Idahhaq lin-nies min jghid li min jizzewweg jaghmel dan ghas-sess.

Leave a Reply to ConcernedCancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading