Mario Demarco u Bernard Grech iħabbru t-tmiem tal-PN.
Minn Edwin Vassallo
Ktibt kemm-il darba f’dan is-sit li l-PN għażel li jkun liberali. Ktibt kemm-il darba li llum għandna establishment politiku liberali. Il-Ħadd li għadda kellna konferma politika ta’ dak kollu li qed nikteb u nitkellem dwaru. L-eks-viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario Demarco, qalha ċara u tonda li jrid l-Partit Nazzjonalista jkun ċentru xellugi. Ma naħsibx li bil-kelma xellug, kien qed jirreferi għall-politika ekonomika ta’ dan il-pajjiż. Bil-kelma xellug kien qed jirreferi għall-politika kulturali u soċjali li jrid jara lill-Partit Nazzjonalista jħaddan, jiġifieri jrid li l-PN iħaddan il-politika tal-Woke. Dan ma hu xejn għajr Marxiżmu kontemporanju. It-teoriji Marxisti tal-ugwaljanza fallew fil-qasam ekonomiku. Issa l-punent qed jipproponihom fil-qasam kulturali u soċjali.
X’ifisser dan kollu? Il-Ħadd li għadda kellna konferma li l-PN qed iħaddan l-istess loġika tal-PL. It-tnejn qed jaqblu fuq it-triq politika ta’ pajjiżna. Ma fadalx differenza bejniethom. B’hekk, illum pajjiżna tilef l-alternanza demokratika u dan kollu huwa riżultat ta’ dawn l-għażliet li l-PN qed jagħmel. Mela dak li ġara l-Ħadd li għadda waqt il-Kunsill Ġenerali kienet ġennata oħra mal-ħafna li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. L-ironija hija li din kienet l-unika aħbar ta’ valur politiku li ħarġet minn dan il-Kunsill Ġenerali. Fuq kollox, kellna l-konferma mill-kap attwali Bernard Grech li llum il-PN hu dak kollu li tkellem dwaru Dr. Mario Demarco.
Meta ta’ The Times staqsew lil Bernard Grech x’jaħseb dwar dak li qal Mario Demarco, il-kap tal-PN ikkonfermalhom li l-PN sar partit tax-xellug. Bernard Grech qallhom li l-PN mhux populista u jien nistaqsi mela x’inhu? Fil-Parlament għandna issa l-qaħba u r-ruffjana.
Il-kap tal-PN qiegħed iwassal lill-PN lejn it tmiem politiku u fiżiku tiegħu. Il-PN spiċċa partit bla valuri. Anzi l-valuri tiegħu llum saru dawk tal-abort u tal-ġeneru għaliex dan hu dak li jfisser meta wieħed jgħid li l-PN irid ikun partit taċ-ċentru xellugi. Il-PN ġie żvalutat. Issa mhux biss żvinat b’aktar minn 20 miljun ewro dejn. Illum huwa wkoll żvinat minn defiċit ta’ valuri. Il-PN mhux biss ma għadux Demokristjan iżda sar il-Partit Marxista per eċċelenza. Jista’ Bernard Grech jgħid kif il-PN jista’ jkun Partit Demokristjan u Marxista fl-istess ħin?
Aħjar dan il-Kunsill Ġeneralli tal-Ħadd ma sar xejn. Ġa fuq livell politiku kien “a non event”. Kien biss Kunsill Ġenrali li sar biex jinżamm appuntament annwali. B’hekk ma kien mistenni li joħroġ xejn ġdid minnu. Imma dawn huma l-aktar sitwazzjonijiet perikolużi fil-politika. Għaliex ikun f’dawn is-sitwazzjonijiet fejn ma jkun mistenni li jiġri xejn li jsiru l-aktar dikjarazzjonijiet perikolużi. F’dan il-każ, Mario Demarco u Bernard Grech irnexxielhom idawru dan in-non event f’attakk kamikaże. Dawn id-dikjarazzjonijiet tagħhom wasslu biss għal suwiċidju politiku.
Issa b’din id-dikjarazzjoni storika ta’ Dr.Mario Demarco u l-endorsement tagħha minn Dr Bernard Grech għandna konferma li l-PN riesaq lejn it-tmiem tiegħu jekk mhux ġa miet. Anki jekk jien niġi mgħajjar dinosawru, ta’ The Times ikkonfermaw kemm jien kont u għadni korrett f’dak li ilni żmien nikteb u nitkellem dwaru. X’ħasra għall-pajjiżna. Il-PN meqrud min-niesu stess. Veru l-każ li l-passat mhux il-garanzija għall-futur.


Il-PN huwa l-unika partit fl-Ewropa li ma jistghax jaqbad art. Dan minkejja d-dizastru li gej ghax-xellug liberali fl-ewropa. Diga rajna lil Meloni, Fico u Wilders jirbhu u fil-Germanja l-Afd sar l-akbar partit – u l-PN? regmaterna. Jew Cwiec tal-prima classi jew mixtrijin u l-poplu jafu dan. F”Malta s-sentiment kontra l-UE qed jikber sew – ghall-ewwel darba mindu l-pajjiz dahal fl-UE il-maggoranza tal-poplu mdejjaq bl-andament tal-UE u l-PN ikompli jiftahar li huwa kornut kuntent.
Nothing new. PN’s decision to become a liberal party was evident since 2014. Grazzi ghal dan il fatt il PL seta’ jdahhal ligijiet kontroversjali minghajr ebda kritika jew oppożizzjoni. Il PN spicca minn partit kif nafuh ahna mhux ghal xi haga li qal jew ghamel illum imma kawza ta’ kif in-nazzjonalisti vvotaw fl-elezzjoni tal-parlament ewropew 2014. Il messag kien car minn naha tan-nazzjonalisti.
U mhux xorta.
Il PN wara li dahhal lill Malta fl Ewropa , waqaf zoptu ghax ma kellu XEJN izjed x’joffri , u meta sab ruhu sfiducjat ghall hafna drabi, ghamel zball jinkiteb …. Ghamel lill Daphne policy….li qed naraw ir rizultat issa , billi irriduca lilu innifsu fi “fringe party”