Il-media tal-Knisja terġa’ tagħti raġun li dan is-sit dwar il-ħabs: fih illum reġa’ hemm id-droga.

Jekk kien hawn media li għamlet kampanja biex tiddiskredita lil dan is-sit, din kienet il-media tal-Knisja Newsbook. Permezz ta’ artikli jew permezz ta’ programmi, din il-media, li suppost hija x-xandara tal-verita’, dejjem ippruvat tippreżenta l-aħbarijiet ta’ dan is-sit bħala fake news.

Imma għal darba oħra, dan is-sit qed jerġa’ jingħata raġun: din id-darba dwar id-droga fil-ħabs. Dan is-sit kien għamel kampanja favur is-Sur Dalli. Lis-sur Dalli ma nafux, imma dan is-sit għaraf li s-Sur Dalli kien irnexxielu jagħmel xi ħaġa li ħadd ma għamel, jiġifieri jnaddaf il-ħabs mid-droga.

Newsbook u media oħrajn għamlu kampanja kontrieh. Dalli tneħħa. U wara li tneħħa, dan is-sit beda jirrapporta kif fil-ħabs reġgħet iddaħħlet id-droga u reġa’ beda t-taħwid.

Issa Newsbook qed jammetti li hemm id-droga fil-ħabs. Anzi qed ikun onest u jitkellem fuq id-droga fil-ħabs għaliex il-media l-oħra li kienet kompliċi biex jitneħħa Dalli ħalli fil-ħabs terġa’ tidħol id-droga, illum b’ħalqhom magħluq wara li l-ħabs reġa’ spiċċa kif kien qabel – post fejn hemm id-droga u t-taħwid.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading