Infakkru meta Daphne Caruana Galizia użat kwistjoni ta’ Arcidiacano biex tagħmel ħsara lil Adrian Delia: il-qorti ddeċidiet li Arcidiacono ma kellux raġun.

Minn osservatur politiku.

Arcidiacono ma kellu ebda sustanza f’dak li qal meta prova jieħu lura l-flejjes imħallsa lil Adrian Delia għal servizzi offruti minnu bħala avukat. Arcidiacono prova jikkontendi li l-bank tiegħu għamel ħażin li ħallas lil Adrian Delia €86,210 talli għinu jikkonkludi ftehim mal-bank għal self ta’ kważi miljun euro. Din il-kawża miftuħa minn Arcidiacono ilha sejra għal tnax-il sena u spiċċat inqatgħet favur l-avukat Delia.

Imma kemm laħqet għamlet ħsara lil Delia din il-kawża! Din l-istorja intużat minn dawk li riedu jagħmlu l-ħsara lil Delia meta dan iddeċieda li jidħol fil-politika. Kienu attakkawh kemm felħu u kienu użaw din il-kawża bħala xi ħaġa li kien għamel ħażin l-istess Delia. Imma bħal ma ġara aktar minn darba, Delia qed jiġi mogħti raġun għal ħafna affarijiet li għamel u li l-avversarji politiċi tiegħu kienu qed jippruvaw iħammġuh bihom.

Wara dawn is-snin kollha l-qorti ma aċċettatx ir-raġunamenti ta’ Arcidiacono u ddikjarat li Delia kellu dritt għal dawk il-flus. Arcidiacono prova minn kollox biex juri li l-bank tiegħu kien għamel żball li ħallas lil Delia, imma l-qorti spiċċat iddikjarat li Delia kellu dritt għal dak il-pagament. Għal darba oħra l-qorti sabet lil Delia mhux ħati li legalment ħadem ħażin ma’ wieħed mill-klijenti tiegħu.

Arcidiacono prova jikkonvinċi lill-qorti li hu ma kienx awtorizza l-pagament lil Delia imma li l-bank qabad u ħallas mingħajr il-permess tiegħu. Dan kien kollu gideb min-naħa ta’ Arcidiacono għax Delia addirettura ta’ l-verżjoni tiegħu li mhux talli Arcidiacono kien jaf, talli meta sar il-ftehim mal-bank l-istess Arcidiacono, it-tifla tiegħu u Delia marru jieklu biex jiċċelebraw dik ir-rebħa li għinet ħafna lil Arcidiacono.

Delia qal lill-qorti li Arcidiacono kien ftiehem miegħu li ser iħallsu la darba l-avukat jirnexxielu jagħlaq il-ftehim mal-bank għas-self inkwestjoni. Fil-fatt kemm il-bank kif ukoll il-Kamra tal-Avukati kienu għamlu l-indaġini tagħhom dak iż-żmien u sabu li Delia kien mexa skond il-liġi. Imma Arcidiacono baqa għaddej il-qorti biex igiddeb lil Delia.

Il-qorti ddeċidiet li Arcidiacono kien jaf sewwa li kien hemm dawk il-pagamenti dovuti lil Delia jekk is-self jiġi mogħti mill-bank. Il-qorti kkonfermat li l-pagament kien għas-servizz li Delia ta lil Arcidiacono u li l-bank għamel sewwa li ħallas lil Delia kif ingħalqet it-tranżazzjoni.

Din kienet okkazzjoni oħra fejn Delia reġa’ ġie mogħti raġun. Infakkar li din l-istorja kienet ġie użata minn Daphne Caruana Galizia biex tagħmel ħsara lil Adrian Delia. Il-ġustizzja damet tnax-il sena biex saret u Delia għadda minn martirju sħiħ meta sħabu tal-istess partit użaw din il-kawża biex jattakkawh biha meta riedu jeħilsu minnu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Illum erġajna sirna nafu kemm l-intenżjonijiet ta’ dawn is-suppost politiċi li ħadmu kontra Delia kienu ħżiena u mibnija fuq gideb sfrenat immexxi minn Daphne Caruana Galizia. Issa dawn l-istess politiċi li ħadmu tant kontra tiegħu jridu jagħmlu eżami tal-kuxjenza u jifhmu għala l-Partit Nazzjonalista spiċċa f’din is-sitwazzjoni li qiegħed fiha llum.

2 thoughts on “Infakkru meta Daphne Caruana Galizia użat kwistjoni ta’ Arcidiacano biex tagħmel ħsara lil Adrian Delia: il-qorti ddeċidiet li Arcidiacono ma kellux raġun.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading