Il-qorti tikkonferma storja oħra ta’ gideb ta’ Daphne Caruana Galizia kontra Adrian Delia u ta’ The Times jibqgħu b’ħalqhom magħluq dwar din l-istorja.
Bħalissa, The Times qed tippubblika numru ta’ artikli biex tgħolli l-profile ta’ Daphne Caruana Galizia mal-poplu Malti b’aġenda ċara minħabba li wasal il-ġuri ta’ Yorgen Fenech u dan ser ikun ġuri jaħraq ħafna.
Imma nispera li The Times tippubblika kollox li kitbet Daphne Caruana Galizia. Ġa kelli okkażżjoni nfakkar fl-artikli kollha ta’ mibegħda li Daphne Caruana Galizia kienet tikteb kontra l-Laburisti u n-nies tas-South. Magħhom, wieħed irid iżid l-artikli kollha gideb kontra Adrian Delia biex tkissru. Infakkar li Daphne Caruana Galizia kienet tikteb li Adrian Delia huwa involut fil-prostituzzjoni u anki fit-traffikar tad-droga.
Infakkar li b’mod selettiv, Daphne Caruana Galizia kienet toħloq stejjer biex tkisser lil Adrian Delia u taġevola lil tal-establishment, jiġifieri l-klikka li kienet magħmula mill-fazzjoni ta’ Richard Cachia Caruana u ta’ Austin Gatt. Fil-fazzjoni ta’ Austin Gatt kien hemm persuni bħal Claudio Grech u Manuel Delia. F’dik ta’ Richard Cachia Caruana kien hemm u għad hemm persuni bħal Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami u David Casa.
Nispera ma jkunx hemm min jgħidli li għandi bżonn għajnuna psikjatrika jekk għax nikteb li Daphne Caruana Galizia kienet tagħmel minn kollox biex tiffomenta l-mibgħeda kontra Adrian Delia ħalli tkissru minn kap tal-Partit Nazzjonalista, bħal ma kienet din l-istorja li ħa flus li ma kellux dritt għalihom. Din l-istorja kienet tikkonċerna lil Boris Arcidiacono. Arcidiacono spiċċa anki mar l-qorti kontra l-HSBC li kienet hija li talbet li Adrian Delia jitħallas tax-xogħol li għamel.
Issa llum għandna din l-aħbar fil-Malta Today marbuta ma’ din l-istorja li kienet ippubblikat Daphne Caruana Galizia. Il-qorti tgħid li Adrian Delia kellu dritt għal dawk il-flus bħala ħlas ta’ xogħlu. Mela bil-provi, Daphne Caruana Galizia kienet użat storja biex tigdeb fuq Adrian Delia ħalli tkissru.

Illum wara dawn is-snin kollha Adrian Delia ingħata raġun mill-qorti. Issa għandna sentenza li fiha qed jingħad li Adrian Delia kellu raġun jieħu l-flus li ħa bħala ħlasijiet u ma kien hemm xejn ħażin f’dan kollu.
L-iżball li għamel Adrian Delia, għax raġel ta’ qalb tajba, kien li waqqa’ l-libelli li fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia. Mela, kif Adrian Delia kien ingħata raġun fuq tal-Vitals, illum qed jingħata raġun fuq stejjer oħra. Infakkar li kien hemm pulizija li tkeċċa għaliex għadda storja falza lil Daphne Caruana Galizia dwar storja li Adrian Delia kien qed jittraffika d-droga f’Tal-Ħandaq Ħal Qormi. Din l-istorja falza nkitbet meta Adrian Delia kien qed jiġġieled il-korruzzjoni fl-isports.
U min jaf kemm għad irid jingħata raġun fi stejjer qarrieqa oħra li kitbet din il-mara fuqu. Din kitbithom sempliċiment biex ma jsirx jew ma jibqax kap. Għaliex biex tkun kap tal-partit Nazzjonalista trid il-barka tal-establishment u hija kienet il-Goebbels ta’ dan l-establishment.
Daphne Caruana Galizia kienet ħolqot storja mżejjna dwar propjeta fl-Londra li Adrian Delia kien biss avukat tas-sid tagħha. Dan is-sid ma kien ħadd ħlief missier ir-raġel ta’ oħt Simon Busuttil. Imma mbagħad Daphne Caruana Galizia kien jinteressaha biss tkisser lil Adrian Delia u taqdi lill-establishment.
Sadanittant, illum ta’ The Times tellgħu artiklu ieħor selettiv mill-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi kliem ieħor, The Times qed toqgħod attenta x’artikli tipproduċi biex tgħolli l-profile ta’ Daphne Caruana Galizia imma mbagħad silenzju fuq xi storja bħal din li ilha li ġiet deċiża mill-qorti u li fiha wriet kemm l-artikli ta’ Daphne Caruana Galizia kontra Adrian Delia kienu foloz u politikament motivati.


Iva, kull sena f’ottubru, jigi rinnovat l-isforz biex l-immagini ta Daphne tigi riabilitata.
Ma nridx li nigi misinterpretat…ma hemm xejn oggezzjonabli li jigi mfakkar il qtil makabru. Imma li tigi presentata bhala mara li ghexet is sewwa, huwa qarrieqi. Il-kitba taghha kienet kattiva u bla qalb f hafna okkazzjonijiet.
Issa l cabal tal establishment li hi issapportjajt, u li ghadu jissapportja lilha u l qerq taghha, qed jerga jiehu l-okkazjoni biex ihammgu isem malta, u jipprovaw jaghmlu l iktar hsara possibli.
Il-kattiverja tkompli…..