Għaliex kellu jkun Lawrence Gonzi li jtella’ dak li qed jinkiteb fl-Ingilterra dwar it-turiżmu f’Malta fuq l-aġenda Nazzjonali?
Minn Osservatur Politiku
Ftit tal-jiem ġimgħat il, dan is-sit tella’ artiklu dwar dak li ġie rrappurtat f’The Sun dwar l-iżvolta li qed jieħu t-turiżmu ġewwa pajjiżna. Dan wassal Lawrence Gonzi jagħmel kumment dwar dan l-artiklu u ieħor li dehru fuq it-turiżmu f’Malta. Gonzi għamel dan il-kumment permezz ta’ post fuq Facebook. Il-kumment ta’ Gonzi ħalla mpatt.
Fi kliem ieħor, għandna kap ta’ partit li rriżenja għaxar snin ilu u dan spiċċa jagħmel iżjed pressjoni fuq il-Gvern minn dak preżenti u jġib appoġġ mill-poplu ħafna iżjed minn dak preżenti, allura xi ħaġa ħażina jkun hemm żgur.
Dak li ġara bil-kumment tal-eks-Prim Ministru, Lawrence Gonzi, fuq is-sitwazzjoni tat-turiżmu. Post qawwi bi kritika ħafna diretta u ma tħalli xejn għall-ħsieb imma ċara fil-messaġġ tagħha. Imma kif jista’ jkun li kritika li ġejja minn eks-Kap tagħmel iktar ħoss minn xi ħaġa miktuba mill-Kap bħalissa. Dak juri r-rispett li Gonzi jġorr fil-fehma tal-poplu inġenerali. Għalhekk hemm bżonn li l-kap tal-lum iqum ftit fuq tiegħu u jibda jkun pro-attiv u juri li lest li ma jħalli xejn għaddej.
Dr Gonzi wera li hu għadu jinteressah ħafna dak li qed jiġri f’pajjiżna u dak li qed jinkiteb dwar pajjiżna f’gazzetti barranin. Għamel referenza għal żewġ artikli li dehru f’gazzetta Ingliża li taw stampa tal-mistħija lil pajjiżna. Ma jistax ikun li nħallu għaddejjin artikli bħal dawn u ma nagħtux każ. Hemm bżonn ta’ azzjoni għax aktar ma nitilfu mit-turiżmu Ingliż aktar ibati pajjiżna. Malta u Għawdex jiddependu ħafna fuq it-turiżmu Ingliż u rridu nagħmlu ħilitna li nżommu r-riklamar fuq il-pajjiż f’livell pożittiv u mhux jiġi pinġut bħala stat tal-biża.
Imma l-iktar importanti li wieħed isaqsi huwa, fejn qiegħed il-Partit Nazzjonalista biex jikkritika dawn l-affarijiet? Fejn hu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista li suppost qiegħed iffokat fuq dak li qed jiġri? Kif jsta’ jkun li biex inkunu nafu x’qed jiġi stampat dwar pajjiżna jrid ikun dan is-sit li jippubblikahom u wara joħroġ eks-politiku li jtella’ dan is-suġġett fuq l-aġenda nazzjonali. Dan huwa d-dmir tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-kelliem fuq is-settur tat-turismu.
Kif jista’ jkun li l-Partit Nazzjonalista, speċjalment il-Kap tiegħu, ma jġibx dawn l-artikli għall-informazzjoni tal-poplu kollu Malti u Għawdxi. Forsi għax jaħseb li ser ikun qed ipaxxi lil dan is-sit. Hemm saying bil-Malti li ma nistax niktbu. Imma dak li qed jagħmel il-kap preżenti tal-Oppożizzjoni. Mhux hekk biss, il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid juri t-triq il-quddiem u jispjega l-viżjoni tiegħu għal pajjiżna f’dan is-settur ukoll. Huwa importantissimu li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkun iffokat fuq dak li qed jiġri f’pajjiżna. Hemm bżonn li jkun kritiku għall-ħsara li tista’ tintgħamel lil pajjiżna.
Dr Gonzi wera lil kulħadd, speċjalment lil Dr Bernard Grech dwar kif għandha issir l-kritika. Diskors mingħajr tlaqliq. Kummenti li juru l-imħabba bla qies li persuna għandha lejn il-pajjiż. Kritika li toqros fil-laħam il-ħaj. Kritika li trid twassal għal azzjoni għall-ġid ta’ Malta u Għawdex.


Ghax ma joqghodx kwiet? Kultant zmien irrid isemma lehnu ghax taf int l EGO kbir wisq!
Jien minn Gonzi kont nistenna li jaghmel promotion lit turizmu ta siti bhal imnajdra…hagar qim…siti archeology ta Ghawdex u Malta kollha li ahna fost l aqwa u l eqdem tad dinja mhux dan it tip ta reklami ghal paceville u gianpula