Bernard Grech u l-bżonn ta’ par idejn sodi.
Minn osservatur politiku
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħolom li jisraq frażi minn żmien it-tmexxija ta’ Laurence Gonzi u jgħid li pajjiżna għandu bżonn ta’ ‘par idejn sodi’ fit-tmexxija tiegħu. Għal-liema raġuni jista’ jikkonsidra lilu nnifsu bħala politiku b’par idejn sodi? Fuq liema riżultati politiċi jista’ jaspira li jkun hekk? Hemm xi ħaġa x’juri li Bernard Grech laħaq livelli politiċi straordinarji li ħaddieħor mhux jarahom u qed jarahom hu biss? Kif tista’ tippronunzja lilek innifsek hekk meta ma hemm xejn x’turi, lanqas minn ebda stħarriġ, li Bernard Grech avanza f’xi kwalita’ ta’ suċċess politiku?
Dr Grech qed jaħseb li la Robert Abela għaddej minn fażi tant ħażina, li jista’ jkun hu li jitla’ fil-Gvern u jmexxi dan il-pajjiż. Imma ma hemm ebda indikazzjoni politika li dan ser iseħħ. Fi kliem ieħor, ma hemm l-ebda indikazzjoni politika li Bernard Grech jista’ jkun xi Prim Ministru u jista’ jissejjaħ li għandu par idejn sodi. Ma hemm ebda indikazzjoni li l-poplu qed jara fih dik il-fiduċja li jpoġġi lilu fit-tmexxija tal-pajjiż. Imma xortih tajba li Robert Abela għaddej mill-agħar żminijiet tiegħu, allura bħala Kap tal-Partit fl-Oppożizzjoni jaħseb li hu jista’ jkun il-persuna idonea li jilħaq minn floku. Imma dan argument immatur u ma jaħdimx hekk. Jista’ jkun li l-Prim Ministru kurrenti jinbidel minn xi ħadd tal-istess partit tiegħu u jerġa’ jagħti nifs qawwi lill-Partit Laburista.
Forsi Bernard Grech qed jara xi avvanzi fl-istħarriġ li jsiru ta’ sikwiet mill-ġurnali Maltin? Forsi qed jaqra xi numri li l-kumplament tal-poplu mhux jara? Forsi xi ħadd qed idaħħalhielu f’rasu li hu biss jista’ jkun is-salvazzjoni ta’ pajjiżna? Forsi xi ħadd minn ta’ madwaru, li huma limitati, qed jarah bħala s-salvatur tal-pajjiż allura qed iġagħluh joħroġ b’din it-teorija fażulla li qed tagħmillu iktar deni milli ġid?
Biex tkun fil-kalibru ta’ xi ħadd li ikollu par idejn sodi, trid tkun imħeġġeġ minn xi riżultati tajbin. Imma mhux meta kulħadd jiftakar it-tkaxkira enormi li laqqgħat fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet u li rat lill-Partit tiegħu jieħu tkaxkira ta’ 40,000 vot taħt it-tmexxija tiegħu. Kienu jkunu jidhru par idejn sodi, kieku dak in-nhar għamel dak li kien mistenni minnu u warrab mingħajr ebda paroli ieħor. Mhux jittallab biex ikollu appoġġ iktar b’saħħtu u jieħu l-okkażżjoni li jwerwer lil kull min seta jikkompetielu ħalli żgur jibqa’ hemm.
Dan id-diskors ta’ par idejn sodi ma jagħmel ebda ġieħ lill-Partit Nazzjonalista li għadda minn storja ta’ mexxejja straordinarji u li ħallew timbru enormi fuq il-ħajja politika ta’ pajjiżna. Il-Partit għadu qatt ma kellu Kap li sofra tkaxkira kbira u baqa’ hemm u sforza lilu nnifsu fuq it-tesserati stess, b’tali mod li ma kien hemm ebda għażla.


Jien ma nafx kif jahsbu li jistghu jghaddu z zmien bin nies…
Mela nigu ghas surveys li probably ihallsu biex isiru…niftakarni minn 50 sena ilu minn ta quddiem attiv u minghajr l ebda komputer ( ghax ma kienux jezistu) konna naqbdu r registru elettorali u innizzlu ma liema partit jew dubjuz…imbaghad naqbdu d dubjuzi u nimmarkaw mal liema partit jew jibqa xejn…
U z zewg partiti kienu jkunu jafu ezatt fejn qeghdin.
Naturalment qeghdinfi zmien fejn thallas ghal reklami u qed juzaw s surveys bhala riklam ghal strategija tal mument u d dejn jikber.
Il-PL jista’ jitlef il-voti imma mhux ser jintirtu (fil-maggoranza) ghand il-PN.
Il-partiti politici qed isofru minn kredibilta’ u performance.
It-tmexxija Ta’ Muscat gholliet l-istandards u illum il-votant jista’ jikkompara.
Bernard Grech baqa Kap biex ikollu paga ta’ 60,000 Ewro. U perkacci ohra li iggib maghha l-kariga ta’ Kap tal-Opozizzjoni. Fosthom xuffier u karozza b’xejn. Kieku mhux hekk wara it-telfa li garrab il-PN fl-ahhar elezzjoni kif jitlaq. Ma ninsewx li qabel l-elezzjoni Bernard Grech kien wieghed li jnaqqas id-distakk. Minflok ziedu. Idejn sodi m’ghandux. But sod ghandu.