Importanti li nitkellmu fuq il-popolazzjoni imma hu aktar importanti li nkunu korretti f’dak li niktbu.
Minn Osseevatur politiku
F’dawn l-aħħar ġranet il-facebook intela b’kummenti li jistgħu jirriflettu affarijiet li mhumiex veri. Qrajna għax ġiet ixxerjata kemm-il darba, li l-popolazzjoni f’Malta qabżet it-800,000 ruħ. Qrajna li l-barranin huma iżjed mill-Maltin f’pajjiżna. Din hija diċerija li tista’ tagħmel ħafna ħsara lill-pajjiż għax in-numru essaġerat ta’ nies jgħixu f’Malta jġib miegħu ħafna diffikultajiet.
Li ġara meta xi ħadd xerred din l-aħbar hija li nqabdet minn diversi nies u bdiet tiġi xxerjata ma’ diversi paġni tal-facebook. Imma l-ikbar problema tkun li meta tinxtered aħbar bħal din tant tagħmel ħoss li tibda’ tiġi meħuda bħala xi ħaġa ċerta, li tista’ ma tkunx il-verita’. Li pajjiżna qed jintela bil-barranin, li Ministru tal-Gvern qal li biex inkomplu bl-iżvilupp ekonomiku jista’ jkun li jkollna bżonn ta’ ħafna iżjed eluf ta’ barranin, jista’ jkun minnu imma ma tistax taqbad u tfajjar li pajjiżna diġa għandna ‘l fuq minn 800,000 ruħ.
L-uniku mezz kif insiru nafu eżattament kemm hawn nies jgħixu f’Malta u Għawdex huwa billi nagħmlu ċensiment. L-aħħar wieħed sar f’Novembru tal-2021 u ta’ l-pożizzjoni ta’ pajjiżna dak in-nhar. Ma tistax toqgħod fuq dak in-numru għax f’pajjiżna baqgħu deħlin ħafna iżjed barranin minn dak in-nhar. Donnu li l-bibien ta’ pajjiżna infettħu beraħ u kulħadd dieħel qisu xejn mhu xejn. Jekk tħares fit-toroq tagħna tara ħafna barranin kontinwament u b’hekk tikkonferma li l-influss ta’ barranin żdied u żdied sewwa. Imma li tessaġera u tgħid li diġa lħaqna numri eżorbitanti mhux sewwa.
X’ikun l-iskop ta’ persuna li xxerred informazzjoni li ma jkollha ebda sostenn minn xi numri uffiċjali? Għalfejn ixxerred diċerija bħal din li tista’ toħloq ċertu problemi fil-pajjiż? Il-media soċjali saret b’saħħitha ħafna biex ixxerred l-aħbar, kemm jekk tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva. Hemm xi ħsieb ta’ xi ħadd li qed jagħmel hekk biex iqajjem sentiment ikrah kontra l-ħaddiema barranin. Nafu li bħalissa dak kollu li sejjer ħażin f’pajjiżna huwa t-tort tal-ħafna barranin li għandna fostna. Sirna nsibuha faċli li nwaħħlu kollox fuq dawn il-ħaddiema li ġew f’pajjiżna għax ftaħnilhom il-bieb u biex jagħmlu xogħol li l-Maltin ma jridux jagħmlu iżjed.
Għalhekk meta wieħed ifajjar ħafna numri mhux talli ma jkunx etiku imma talli jista’ jkun perikoluż għax jiffomenta aktar inkwiet u atteġjament negattiv lejn dawn il-ħaddiema li ġew biex jaqilgħu xi ħaġa tal-flus li jkunu jistgħu jibgħatu lill-familjari tagħhom. Mill-ħafna kummenti li taqra tifhem li dawk li jgħidu li ntlejna jkunu qed jirriflettu dak li jħossu u mhux dak li hu verament. Ħafna jgħidu għax hekk tinħass, qisna qiegħdin Mumbai, il-Pakistan jew n-Nepal. Imma dak mhux mod kif isserraħ rasek li pajjiżna hawn dawk in-numri ta’ ħaddiema li l-aħbar dwarhom qed tinxtered fuq il-media soċjali. Irridu niftakru li bħalissa qiegħdin fl-aqwa staġun tat-turisti. Barra minn hekk ħafna Maltin jaħdmu bin-nofs ta’ nhari u allura jidhru ħafna iktar nies jiċċaqalqu fil-pajjiż.
Imma rridu nirriflettu fuq il-kummenti negattivi li għaddejjin bħalissa fuq il-media soċjali minħabba din id-diċerija tan-numri. Dawn il-ħaddiema ġew f’pajjiżna għax b’xi mod, aħna bħala pajjiż irreklamajna li għandna bżonn iżjed ħaddiema. Dawn qed jiġu bil-viża f’idejhom u bil-promessa li hawn ix-xogħol fejn jaħdmu. Jiġifieri l-kummenti li qed isiru kontra dawn in-nies ma jagħmlux wisq sens. Li hemm bżonn żgur huwa li l-Gvern jistudja l-qagħda bħalissa. Janalizza jekk għandniex bżonn iżjed minn dawn il-barranin u jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji. Jekk għandna biżżejjed allura jwaqqaf l-influss. Jekk jonqosna ftit jillimita n-numri li ġejjien. Irid ikun l-Gvern li jamministra s-sitwazzjoni.

Hella ta linka u spazju. Bhall ma ghijd, li kiku is-sur Mercieca ma itikhomx ftit spazju lanqa fejn tghidu kelma ma isbu.
“i” said: “li kiku is-sur Mercieca ma itikhomx ftit spazju lanqa fejn tghidu kelma ma isbu.” He is right. We keep coming to this site because it expresses views that are purposely ignored by the liberal press which is out to sell its political agenda rather than the news. We are so grateful to SimonMercieca’s FreePress. It’s oxygen to our lungs.
Il-pjan tal-Gvern Laburista hu ċar u nkixef minn Clyde Caruana: 800,000 ruħ li allura nofshom ikunu barranin.
Jekk għadna ma wasalniex hemm issa, se naslu dalwaqt u dan joħroġ miċ-ċifri uffiċjali.
Pereżempju, is-sena l-oħra l-gvern Laburista ħareġ xejn anqas minn 32,000 permess ta’ residenza lil barranin.
U dawn huma barranin li l-Gvern Laburista qed iġib minn barra l-Unjoni Ewropea.
Iktar ma ngibu barranin, iktar ghandna bzonn ingibu barranin ohra biex jiehdu hsiebhom. Biex jibnulhom flats fejn joqghodu. Biex jissupplixxu l-iekel halli jieklu. Biex inzidu iktar ghalliema halli jghallmu lil uliedhom. Biex inzidu l-kura fl-isptarijiet ghal htiegijiet tas-sahha taghhom. Cirku vizzjuz li ma jintemm qatt. Fl-Emirati, l-persentagg tal-barranin itellgha l-fuq minn 88%. Hawn Malta ma nistghux inkeccuhom ghax ahna marbutin bir-regolamenti tal-EU. Minn jiedhol mhux la kemm tqaftu ‘l barra.
L-Unjoni Ewropea ma għandha x’taqsam xejn għax dawn barranin minn barra l-UE, l-iktar mill-Pakistan, l-Indja u n-Nepal, li qed iġibhom il-Gvern Malti għax irid. Aħna obbligati biss meta jiġu Ewropej, bħall-Ġermaniżi u Franċiżi.
Bejn Indjani Pakistani u Nepalisi m hawnx iktar minn tmien t’elef.
L-iktar li hawn Taljani.
Hawn 73,000 minn barra l-UE, ħabib.
Is-sena l-oħra biss, il-Gvern Malti ta 37,851 permess ta’ residenza lil nies minn barra l-UE, fosthom 8,198 mill-Indja u 5,304 min-Nepal.
Jekk tħares madwarek tinduna li l-barranin li ġejjin kważi kollha minn barra l-UE. Dawk iġibhom il-Gvern għax irid, bil-permess iffirmat mill-Ministru Byron Camilleri.
Hawn xi had kapaci juri kif il-Gvern qed igib il-barranin? Tridu tbellghu lin-nies li l-Gvern qed ihaddem xi skema ta’ passagi assistiti ghal dak il-ghan? Saqsu lilkom infuskom jekk nghaddux minghajrhom meta ninsabu skond il-Eurostat il-pajjiz bl-inqas rata ta’ qaghad fl-UE.
Iva, iċ-ċifri tal-Gvern stess juru dan.
Is-sena l-oħra l-Gvern Laburista ġab 37,851 ruħ minn BARRA l-UE: Indjani u Nepaliżi l-iktar. Dawn ċifri uffiċjali tal-Gvern Malti li jgħaddihom lill-Eurostat. L-Indja u n-Nepal ma humiex fl-UE u qegħdin in-naħa l-oħra tad-dinja. Dawn is-37,851 kollha għandhom permess jiġu Malta ffirmat mill-Ministru Byron Camilleri.
Aħna nistgħu ngħaddu mingħajr cheap labour kif dejjem għadda kull Gvern Malti qabel għax kull Gvern Malti qabel qies lill-Maltin l-ewwel. Imma l-Gvern Laburista preżenti għażel politika taċ-cheap labour biex l-iżviluppaturi jkomplu jibnu, jgħarrqu l-pajjiż, u jimlew il-gabubi li jibnu bil-barranin, skjavi moderni.
Gvernijiet Maltin ta’ qabel, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, kienu qalu Le lill-iżviluppaturi u qalulhom jiddiversifikaw, kif għamlu numru ta’ żviluppaturi antiki li bidlu għal oqsma oħra. Imma l-Gvern Laburista t’issa jidher influwenzat iżżejjed mill-iżviluppaturi u kulħadd jista’ jasal għall-konklużjonijiet tiegħu għaliex: il-korruzzjoni.
Mhux talli hu influwenzat, talli għandu politika, issa mikxufa mill-Ministru tal-Finanzi, li l-popolazzjoni fil-pajjiż tiżdied minn 422,000 li sab il-Gvern Laburista għal 800,000. Issa diġà qegħdin 540,000 u ż-żieda qed tirranka: is-sena l-oħra l-popolazzjoni żdiedet bi 22,000, skont iċ-ċifri tal-Gvern stess, u dawn kienu fil-maġġoranza kbira tagħhom nies minn BARRA l-UE.
Sadattant, l-aħjar żgħażagħ u ħaddiema Maltin qed jitilqu minn pajjiż li ma għadhomx jagħrfuh. U l-Gvern Laburista li jrid jisplodi l-popolazzjoni għal 800,000 la ħaseb għall-elettriku li hemm bżonn (immaġina meta jkollna biss karozzi elettriċi!), għat-traffiku (dejjem jiżdied minkejja l-flyovers), għall-isptar (mibni għal 400,000 mhux għal 800,000), għall-edukazzjoni (il-Malti spiċċa mis-sistema tal-edukazzjoni) u għal ħafna oqsma oħrajn.
Flok l-għamad politiku, aħjar nilbsu nuċċali ċar u nibdew naraw u nitkellmu fuq l-affarijiet kif inhuma, forsi t-tfal tagħna u t-tfal tagħhom jibqgħalhom pajjiż suret in-nies fejn jgħixu, flok pajjiż tat-tielet dinja.
Dażgur li hawn min kapaċi juri li l-Gvern qed iġib tant barranin!
Hawn l-istatistika tal-Gvern stess li turi li f’sena waħda biss, l-2022, il-Gvern ġab 37,851 ruħ minn barra l-UE, l-iktar mill-Indja u n-Nepal.
Dawk iġibhom il-Gvern, għax minn barra l-UE, tant li jrid jiffirma l-miġja tagħhom Ministru tal-Gvern, Byron Camilleri, inkella ma jitħallewx jidħlu.
Nghaddu u ma nghaddux minghajrhom mghandu xjaqsam xejn. Li-jimporta u li inxerdu kellma contra pajjizna specialment kontra laministrazzjoni tal-pajjiz elleta democraticament b’majoranzza record. Dan is-sit ftit ftit sar bhal siti lohrajn kolla. Waqt li kollha contra xulxin, fejn jghaqbel nikwotaw lil xulxin. Ghawn nofs tuzzana li ghax Is-Sur Mercieca itihom lispazzju lis -sit irendawh ghar mil-lohrajn kolla fdaqqa. Dan ghalix dawn in-nofs tuzzana jekk ma jghatihomx spazzju is sur Mercieca Hadd mu ha itjhom. Hu mic-cisan. Dan warbu kulkadd, inkluz in-nazzjonalisti suppost sahbu stess, Ghax ma jikteb imkien izjied hlif ghawn? Semplici ghax kulhadd warbu.
Kulħadd għandu dritt jikkummenta fuq l-isplużjoni fil-popolazzjoni. Gvern demokratiku jisma’ lin-nies, mhux jinxtara mill-iżviluppaturi u jirdoppja l-popolazzjoni għal 800,000, kif inhu l-pjan tiegħu.
Sewwa qed tghid Q. Dawn bhal Osservatur Politiku jippruvaw jahbu l-agenda politika taghhom. Nistenna minn Osservatur Politiku li jkun fattwali u jwarrab fil-genb is-simpatija lejn partit u l-antagonizmi lejn partit iehor. Imbaghad ihalli lil haddiehor jasal ghal konkluzjoni tieghu. Forsi erba’ snin ghal xi nies huma eternita’ u jizbilancjaw il-logika ta’ mohhom. Grazzi Profs Mercieca ta’ l-ispazju. Haddiehor juza ic-censura.
Il-fatti huma ċari: is-sena l-oħra l-Gvern ġab 37,851 minn barra l-UE, l-iktar mill-Indja u n-Nepal. Dawn mhux simpatiji politiċi imma fatti li qed naraw u nħossu l-konsegwenzi tagħhom.
Fattwali u 800,000 nisthajjilkom tewmin. Spjegali minn fejn gibtha “il-Gvern gab”. Nahseb minn halq xi deputat tal-PN. Dwar figuri bl-addocc kullhadd ifajjar minghajr konferma.
Jekk tistaqsi lill-Ministru Byron Camilleri jkun jista’ jikkonfermalek li s-sena l-oħra ffirma xejn inqas minn 37,851 dokument biex iġib barranin minn barra l-UE, fosthom mill-Pakistan, mill-Indja u min-Nepal.
Dawn huma l-fatti mikxufin fiċ-ċifri li l-Uffiċċju Malti tal-Istatistika għadda lill-Eurostat u li ma kinux ippubblikati mill-Gvern Malti, imma mill-Eurostat.
Dawn is-37,851 minn barra l-UE f’sena waħda biss huma parti mill-pjan tal-Gvern biex jirdoppja l-popolazzjoni għal 800,000, kif kixef il-Ministru Clyde Caruana.
Il-fatti ma jista’ jmerihom ħadd: 37,851 miġjubin mill-Gvern f’sena waħda u popolazzjoni ta’ 800,000 fi ftit snin oħra.
Fattwali tiblax ghax tixraq. Il-figuri fittixhom int. Gibhom minn Identity Malta jew l-mbxxata tal -Indja f’Sta Venera jew minghand il-Konslu Pakistan f’ Attard. Tissorprendi ruhek.
Hawn huma ċ-ċifri, Dr Brombos:
https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Residence_permits_-_statistics_on_first_permits_issued_during_the_year#First_residence_permits_by_destination_in_the_EU