Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg jgħid li l-poplu Malti qed iġorr piż li ma jiflaħx għaliħ.
Id-deputat Nazzjonalista, Alex Borg, tella’ post biex jgħid li l-poplu Malti qed iġorr 🔴 piż li ma jiflaħx għalih.🔴 Borg jikteb li llum hemm “piż fuq il-pulizija, piż fuq t-tobba u nurses fl-Isptarijiet, piż li qed inħallu fit-toroq tagħna u piż fuq l-anzjani tagħna“. Fuq kollox, Borg jgħid li hemm “il-piż li Clyde Caruana bil-barka tal-PM Robert Abela daħħlu lill-poplu Malti u Għawdxi ġol-ħajt“.
Quddiem dawn il-piżijiet kollha, Borg jfakkar li l-gvern u l-Lejber issa “qed jippretendu s-soluzzjoni tagħna mill-Oppożizzjoni. M’għandnix problema li nagħmlu dan u soluzzjonijiet għandna wkoll għal dan kollu“.
Għalhekk Borg kompla billi fakkar “lill-Gvern ta’ Robert Abela li l-poplu tah mandat għal ħames snin u din il-problema trid tindirizza ruħha llum qabel għada u mhux tgħidulna x’ser nagħmlu aħna meta nkunu fil-Gvern.
Ser nagħtik soluzzjoni biex tkun tista’ tibda’ xi ħaġa – tibqax kompetitur mal-privat, tibqax tibbaża t-tkabbir ekonomiku fuq ‘cheap labour’, tibqax tisma’ minn min ivvinta din il-problema u tagħmel kif jgħidlek Clyde Caruana għax dak gideb fl-għola istituzzjoni tal-pajjiż aħseb u ara kemm tista’ tafdaħ biex isolvi dil- problema, għax min daħħal lil dan il-pajjiż ġo ħajt qatt ma jista’ jkun hu li jsolvi l-problema.
Meta trid aħna qegħdin hawn biex ngħinuk, dejjem jekk għandek pjaċir u ma tibqax tħalli lill-poplu fgat ġo pajjiżu” temm il-post tiegħu Borg.


Isa hej kemm qed jara kbir!
Fi ftit kliem dan Alex Borg ta’ parir lil gvern biex jistaġna lil Malta. Dak parir! Dak pjan! Dik għajnuna!