Ilbieraħ kellna xeni tal-wax fil-Qawra li turi li l-gvern tilef il-kontroll tat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.
Qed inġib dan ir-ritratt li deher ilbieraħ fuq il-media soċjali. Dan hu riżutlat ta’ ġlieda kbira ġol-Qawra. Imma dak li ħareġ minn din l-istorja u l-aktar inkwetanti ma kienx il-fatt ta’ din il-ġlieda imma l-fatt li l-pulizija damu biex ikkontrollaw is-sitwazzjoni. Dan mhux każ ta’ ġlieda ta’ barranin. Setgħet kienet ġlieda bejn il-Maltin. Dan hu każ fejn il-pulizija titlef il-kontroll tat-territorju.
Illum waqt festa, ċertu għases ikollhom jiġu magħluqa għaliex il-pulizija jkunu fuq il-beat u ma jkunx hemm pulizija biżżejjed biex ikun fl-għassa.
Il-fatt hu li f’din il-ġlieda, persuna titħalla għal mejta fl-art. Il-fatt hu li l-istat Malti tilef il-kontroll ta’ ċerti żoni. Dan inbeda f’Paceville fejn illum il-kontroll tat-territorju huwa f’idejn min imexxi l-ħwienet. Issa dan il-proċess qiegħed jitkompla bil-mod il-mod ma’ Malta kollha. Dan hu dak li jiġri meta tfal ikunu affdati bit-tmexxija ta’ ċertu ministerji. Il-verita’ hi li l-gvern tilef il-kontroll tat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.


Tipprofittax ruhek.
S’issa din is -sena hija wahda mill-inqas li kellha delitti.
Welcome to the South Bronx, USA. Who would have told us that is what we would be getting from opening our borders?
Sfortunatament qeghdin jigru wisq spissi dawn l-episodji u jekk mhux se jittiehdu passi drastici, s-sitwazzjoni tista’ tahrab.
Thares lejn il-gurnali tal-lum…x’issib? Barra din l-ahbar, hemm li xufiera qeghdin jiffaccjaw klijenti vjolenti bl-imwies biex jaghtuhom il-flus; grupp ta’ zghazagh dahlu fi stabbiliment tal-ikel u ghamlu stragni, barra li hebbu ghall-haddiema li kienu qeghdin iservu f’dan l-istabbiliment.
Nemmen li jrid ikun hafna iktar serjeta’ halli dak li dejjem kelna u ftaharna bih – jigifieri sigurta’ u serhan il-mohh f’dan il-pajjiz – nibqghu inzommuh. U m’hemmx gustifikazzjonijiet – la ghax ma kienux f’sensihom, la ghax kienu taht l-effetti tad-droga jew xorb u lanqas taht l-ebda skuza ohra! Jew serjeta’ jew inkella jkollok gungla.
Sweeping statement galore!!! Jiġifieri kif ikun inċident x’imkien issa tort tal-gvern. Kieku staqsejt x’qd jagħmlu dawn il-barranin kollha hawn kienet tkun aktar tagħmel sens. Barranin li ħafna minnhom deskilled mingħajr l-ebda ħiliet u tara minnhom bil-gżuż!!! X’inhuma jagħmlu hawn???? Jistgħu l-awtoritajiet ikun aktar riġidi fil-mod kif qed jidħlu dawn il-barranin li qed jitqabbdu jaħdmu f’oqsma, eż kostruzzjoni, li ċertament m’għandhom l-ebda għarfien jew ħiliet. Imbagħad noqgħodu neqirdu li saru l-inċidenti u xogħol bla ebda standards jew skont is-sena!!! Meta ser ikun hawn ftit serjeta’ f’dan il-pajjiż????