Ritratti li jikkonfermaw li l-protesta tal-lejla qed titmexxa mir-Repubblichini u sħabhom u ser tintuża biex tkun reabilita’ l-immaġni ta’ Daphne Caruana Galizia.
Qed inġib ritratti li qed jagħmel share tagħhom Michael Fenech Adami. Michael Fenech Adami kien wieħed minn dawk li kien jorganizza għar-Repubblichini l-protesti kontra Adrian Delia u Joseph Muscat. Infatti, fir-rigward tal-protesta tal-lejla, il-mod viżiv ta’ kif qed isiru r-riklami għal-lejla huwa l-istess bħal meta r-Repubblichini u sħabhom kienu jkunu organizzati l-protesti kontra Adrian Delia jew Joseph Muscat.


Imma l-ipokrezija tinsab hawn. Illum, Michael Fenech Adami qed jgħajjar lil Robert Abela. Meta Dr. Adrian Delia kien kap, dan kien ivvota f’survey fuq Facebook favur Dr. Robert Abela u kontra Adrian Delia. Issa tifhmu għala naqbel ma’ min qed jgħid li din il-kawża ġusta ta’ Jean Paul Sofia ser tisfaxxa fix-xejn. Il-poplu Malti ta’ rieda tajba kien wara din il-kawża ta’ Sofia u ommu. Issa din il-kawża ta’ Sofia ġa bdiet tintuża mir-Repubblichini u sħabhom biex jerġgħu jirreabilitaw l-immaġni ta’ Daphne Caruana Galizia wara l-ħruġ ta’ stejjer minn dan is-sit u sentenzi mill-qrati li wrew faċċati oħrajn li r-Repubblichini u sħabhom riedu jżommu moħbija.
Fil-verita’ dawn ma jimpurtahomx minn Sofia. Dawn qed jużawha biss biex jilħqu l-iskopijiet ta’ moħħhom. Hija ħasra li rnexxilhom jippolitiċizzaw kawża ġusta!


Dawk la Repubblichini u lanqas Repubblika. Nehhu l-ghamad minn quddiem ghajnejkom! Kieku ghaddiet taghhom il-President kellu jirrizenja. L-istess il-Prim Ministru, il-Ministri kollha attwali. Is-Segretarji Parlamentari u zewg niskati Deputati misshom irrizenjaw. Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-oghla ufficjali tal-Korp. L-Avukat Generali u pataflun individwi ohra kemm fic-Civil u fi bnadi ohra li huma issuspettati li qed jaghtu xi palata lil Gvern Laburista. Ma` dawn zid xi gudukant li ma qdihomx. Mela pajjiz Bla Awtorita`, pajjiz bla Gvern. Dak li jridu ANARKIJA.
Jidher ċar li mhu qed tintilef l-ebda okkazjoni li anke ninqdew bil-mewt traġika ta’ żgħażugħ biex indawwru bħala protesta kontra l-gvern. Tal-mistħija!!!