Joseph Muscat isalva lill-Prim Ministru, waqt li l-maġistrata titlob għall-estensjoni

Issa tħabbar li l-lejla, il-Prim Ministru Robert Abela ser ikun qed jindirizza lin-Nazzjon. Id-diskors fost il-Ministri u l-Membri Parlamentari Laburisti hija li l-Prim Ministru ser jagħmel u-turn. Fil-verita’, it-triq ‘il quddiem tahielu Joseph Muscat. Muscat qallu biex jagħmel inkjesta pubblika, imma din jagħmilha wara li tispiċċa l-inkjesta maġisterjali.

Sadanittant, il-maġistrat li qed tagħmel l-inkjesta fuq il-qtil ta’ Sofia talbet għall-estenzjoni jew aktar żmien biex tispiċċa l-inkjesta tagħha.

Mela l-iżvilupp tal-lejla huwa dak li fih il-Prim Ministru jħabbar u-turn u jaċċetta l-inkjesta pubblika, u sew jagħmel u jaċċettaha fuq il-linji gwida ta’ Joseph Muscat. Jekk ma jagħmilx li qallu Muscat, il-Prim Ministru jkompli jiżola lilu nnifsu.

Sadanittant insiru nafu li anki l-GWU ser tieħu sehem fil-vġili li ser issir il-lejla u sew tagħmel. Infakkar li fuq dan il-blogg deher artiklu li fih ġiet ikkritikata talli ma tkellmet xejn fuq dan il-każ. Nieħu pjaċir ninnota li l-GWU tieħu b’mod kostruttiv kritika li ssirilha.

6 thoughts on “Joseph Muscat isalva lill-Prim Ministru, waqt li l-maġistrata titlob għall-estensjoni

  1. Mela Dr Muscat ghadu attiv fil politika ! Nawguralu li jghin llill Labour jghati damdima ohra lill establishment-pn

  2. Filwaqt li l-PM ġiet attakkat bla ħniena, ħadd, imma propju ĦADD mill-papaluni li kienu qed jimbuttaw għall-inkjesta pubblika ma lissen kelma waħda dwar il-fatt li l-maġistrat talbet estenzjoni oħra! Ħadd ma dherlu li l-maġistrat tawlet iżżejjed din l-inkjesta. Tgħid għaliex??? Hemm xi alleanzi??? Min qed jipproteġi lill-maġistratura??? Għalfejn???

  3. Ma nafx ghalfejn qed tghidu U turn…jien ili nikteb li t talba ghal inkjesta pubblika saret biex il kriminali jibqghu jigru barra…qisu jaqra li nikteb jien ghax dejjem baqa ma jaqax ghal provokazzjoni u 3 xhur ilu kiteb lil Prim imhallef u rega kien car meta tkellem ma Kurt Sansone…
    Li niskanta kif hadd ma jsemmi li hemm xi tip ta zmien meta titlesta inkjesta magisterjali….u dan inqabez u hadd hlief Simon Mercieca ma semma li s site tnaddfet…jigifieri fejn riedet ghagglet il magistrata.

  4. Joseph Muscat qieghed f’pozizzjoni aktar lúcida u politikamemt matur.

    Zmien Robert Abela spicca.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *