Mart il-Prim Ministru tmur attivita’ b’ilbies ta’ Dolce e Gabbana li jiswew aktar minn 5050 Euro
Mart il-Prim ministru marret attivita’ tal-moda. F’dak li hu ilbies kienet liebsa sabiħ ħafna, kollox ta’ Dolce e Gabbana. Il-libsa waħida tiswa 1950 ewro. Il-cardigan li kellha fuq spallejha jiswa 1750 euro u l-handback 1350 ewro. Dan minbarra ż-żarbun u affarijiet oħra.
Nifhem li mart l-Prim Ministru tmur attivita’ tal-moda liebsa sabiħ imma f’kuntest fejn illum hawn ħafna nies, inkluż laburisti li mhux qed ileħqu mal-ħajja, żgur li messaġġ bħal dan minn mart il-prim ministru li jmexxi partit suppost tal-ħaddiema mhux ser jinżel tajjeb ma’ min qed ibati u mhux ileħħaq mal-ħajja. Żgur li ma jirriflettix empatija soċjalista.
Dak li nista’ nżid li dawn il-prezzijiet sibthom fuq il-website uffiċjali ta’ Dolce e Gabbana u huma eżatt bħall-ilbies li kienet qed tilbes mart il-Prim Ministru. Il-libsa hija deskritta mill-katalgu ta’ Dolce e Gabbana bħala li għandha fuqha Maiolica print, bid-dublett magħmul forma ta’ pencil skirt, u b’corset top fuqu.





Dik mislufa ghal okkazjoni
F’għajnejja m’hi libsa tixirqilha xejn lil Dr. Abela, imma naħseb li iktar għamlet pjaċier lil organizzaturi u aċċettat li timmudella għalihom b’dak l-ilbies. Forsi wkoll offrew xi donazzjoni għal xi għaqda li hija tmexxi tal-pjaċier li għamlitilhom. Bħal ma tista taħseb ħażin tista taħseb it-tajjeb ukoll fuq bniedem.
Mhux hekk u lira Romola gol homes naqsulhom €60 fix xaghar. Anqas ghat toilet paper u l ilma tal flixkun. Basta qalu li se jaghmlu water dispensers.