Kollha għamlu u-turn biex finalment tidħol il-liġi tal-abort f’pajjiżna
Minn Edwin Vassallo
Jgħidu li din mhix liġi tal-abort iżda kollha jafu li din hija gidba. Illum kollha kompliċi. Kollha jafu li finalment, minkejja li fil-preżent din il-liġi qed tidher li qed tagħmel kundizzjonjiet ristretti, fil-verita’ issa għandna f’pajjiżna l-liġi li ser tibda tippermetti l-abort bħal ma jsir f’pajjiżi oħra. Issa dan mhux jien biss qed ngħidu. Kevin Aquilina wera, li minn punt legali, kull ma għamel l-gvern huwa biss li żabar daqxejn din il-liġi. Imma Aquilina ikkonferma dak li qed jingħad f’dan il-blog li din mhix liġi ċara u meta l-punti legali mhux ċari, jfisser li qed tiftaħ bieb biex iddaħħal il-prattika tal-abort.
Illum il-liġi tal-abort daħlet b’mod ristrett u indirett, imma finalment daħħlet. Mela din hija l-bidu tal-prattika tal-abort f’Malta. Dan hu dak li jfisser meta wieħed jgħid li l-gvern “tweaked the abortion law“. Bħal f’pajjiżi oħra, dawn il-ligijiet qed jiddaħħlu b’mod ristrett u maż-żmien jibdew jitwessgħu. Għalhekk dawk favur il-ħajja li llum huma kompliċi fid-dħul ta’ din il-liġi, maż-żmien ser jispiċċaw kollha irrelevanti.
Din hija liġi li ser tintroduċi sptarijiet jew kliniċi liċenzjati għall-abort. Xi jfisser dan? Dan ifisser li llum dak li qed jissejjaħ bħala tmiem tat-tqala ser ikun jista’ jsir fi kliniċi privati. Finalment, din il-liġi fetħet il-bieb għall-abort. Ħadd ma hu ser jirregola x’ser isir f’dawn il-kliniċi privati.
Il-gvern daħħal lill-kulħadd fl-ixkora u dawk kontra l-abort spiċċaw qablu mal-gvern biex issa l-gvern, bir-raġun kollu, jkun jista’ jgħid li l-liġi tal-abort jew kif qed isejħilha l-liġi li tirregola t-terminu tat-tqala daħlet bil-kunsens saħansitra tal-forzi kollha pro-life, inkluż tal-Oppożizzjoni u l-Knisja. X’ironija!
B’hekk min kien relevanti ser jispiċċa irrelevanti. Ħadd ma għadu jingħaraf. Kollha xorta. Kollha jgħidu li ‘rebħet il-ħajja’ mentri l-ħajja tilfet. Kollha għamlu u-turn biex finalment qablu dwar kif għandha tibda titħaddem din il-liġi tal-abort f’pajjiżna.


Big tks to EU for all this.They gave you the license to kill.Enjoy Metsola and friends.
Cisan issa mesek tkun iziejd ferhan ghax jek ALLA hares qatt tohbol ghandek cans tajjieb li hi salvawk.
Nixtieq niccara punt li ghamel Is-Sur Edwin Vassallo f’dan l-artiklu. Mhiex korretta l-asserzjoni li l-movimenti kollha favur il-Hajja u pro life kienu jew huma favur dawn l-emendi li dahhlu l-abort f’Malta. Is-Socjeta’ Maltija ghal Civilta’ Nisranija – Pro Malta Christiana, u l-Gruppi ta’ Facebook Pro Life Malta u Abortion in Malta? Not in my name, flimkien mal-Partit Popolari ta’ Paul Salomone u l-Partit ABBA ta’ Ivan Grech Mintoff ghamluha cara li kienu u ghadhom kontra dawn l-emendi li jdahhlu l-abort f’Malta mill-gurnata li thabbru mill-Gvern.
Ieqfu għidu ċuċati u tibqgħux tkunu assoluti. Qtil huwa wkoll anke meta ma tgħamel xejn biex issalva ħajja u tħalli f’idejn in-natura li ma tgħarafx xi traġedji taf tikkawża jekk tmut l-omm waqt tqala jew twelid. Alla ta lil bniedem biżżejjed dehen biex jgħaraf jgħamel għażliet ġusti. Din l-emenda fil-liġi Maltija ta’ l-abort hija waħda minn dawn l-għażliet li kellna naslu ngħamlu. Le, ma jfissirx li nfetaħ xi bieb jew tieqa biex jidħol l-abort bl-għażla jekk tqala tridix il-mara jew le. Jew li issa ħa naraw kliniċi jew sptarijiet jingħataw liċenżji biex iwettqu l-abort. Scaremongering, jgħidulu dan Sur Vassallo, u scaremongering jammonta għal qerq. Il-qerq huwa diaboliku wkoll.
Biex jidħol l-Abort Malta partit irid ikollu mandat. Irid imur jgħamel referendum. Hemm imbagħad tidħol ir-rieda ta xi trid il-maġġoranza li hija sovrana. Mhux qiegħed nara xi ħaġa li ħa ssir f’dawn l-għaxar snin li ġejjin. Wara din il-ġimgħa, d-diskussjoni fuq l-introduzzjoni ta’ l-abort se tieqaf.
Qed tesaġera wisq, Dwinu. Iffissajt. Mhux sinjal tajjeb dak.
Jiddispjaċini li f’dan il-pajjiż mifni bl-estremiżmu f’ħafna sferi, lanqas aħna kapaċi noħolqu dibattitu san, edukat u artikula dwar diversi suġġetti, inkluż l-abort. Kulħadd irid jimponi l-moralita’ tiegħu fuq ħaddieħor. Irġiel li jħossu li għandhom il-fakulta u d-dritt divin li jiddeċiedu f’isem il-mara u oħrajn li jħossu li huma kavallieri li qegħdin hemm biex jiddefendu u jitkellmu f’isem kulħadd. Tal-mistħija.
Immagina dan l argument. “Jien kontra lis skjavitu, imma mhux ha inzommokx mill ikollok skjavi”. Sewwa hekk Vince u Joey