Il-ġlied fil-Partit Laburista jkompli joħroġ fil-beraħ: issa bejn Cyrus Engerer u Daniel Micallef
Qed inġib messaġġ li tella’ l-avukat Joe Brincat. Brincat ħareġ jiddefendi Daniel Micallef wara li dan jidher li safa’ politikament attakkat minn Cyrus Engerer. Bil-pulit, Brincat qal lil Engerer li hu qed jitħallas mill-Ewropa waqt li Daniel Micallef jaħdem b’xejn għall-Partit Laburista. Imma wara din il-botta hemm aktar peress li Engerer huwa l-partner ta’ Randolph Debattista li hu deputat u c-CEO tal-Partit Laburista.

