Adrian Delia jingħata raġun dwar dak l-isfidi demografiċi futuri fl-2018: Beppe Fenech Adami kellu jibla’ kliemu.
Meta Adrian Delia kien kap tal-Partit Nazzjonalista kien ġibed għall-attenzjoni tal-poplu l-mod żbaljat li bih dan il-gven kien qed imexxi l-politika demografika tiegħu. Iż-żieda fil-popolazzjoni f’Malta kienet qed issir b’mod xejn regolari u ppjanat. Meta Adrian Delia kien għamel din t-twissa’ demografika, Beppe Fenech Adami kien ħadha qatta’ bla ħabel kontra tiegħu u ma qabilx tiegħu. Beppe Fenech Adami kien argumenta li Adrian Delia kien qed jagħmel ħażin jitkellem kontra tkabbir tal-popolazzjoni. Dak iż-żmien anki Bernard Grech kien qabel ma’ Beppe Fenech Adami. Bernard Grech kien mar fuq Xarabank u kien qal li Malta mhix full up.
Illum l-istess Beppe Fenech Adami biddel id-diska u qed jikkritika lil Clyde Caruana minħabba dan t-tkabbir tal-popolazzjoni Maltija. Mela Beppe Fenech Adami idur ma kull riħ jew ikellha ma jkunx jaf x’inhu jgħid. Fl-2018 kien jgħid dak kollu li seta’ joskura lil Adrian Delia, anki jekk Delia kellu raġun. Illum, Adrian Delia qed jingħata raġun mill-istess Beppe Fenech Adami, għaliex issa spiċċa jikkritika lil Clyde Caruana u qed jagħmel l-istess argument ta’ Adrian Delia. Jiġifieri din il-politika demografika ta’ dan il-gvern qed iġġib faqar ġdid.
Mela issa ħareġ ċar li dak id-diskors ta’ Beppe Fenech Adami u sħabu fl-2018 kontra Adrian Delia ma kien xejn xjentifiku imma mmotivat minn aġenda politika maħsub biex toskura lill-istess Adrian Delia li f’dik il-ħabta kien il-kap tal-Partit Nazzjonalista.

Jekk beppe jisparixxi pn imur ahjar
Nofs gidba hija aghar minn gidba shiha. B’dan ir-rapport tridu tqarqu ghaliex meta Fenech Adami u Bernard Grech tkellmu dwar iz-zjieda fil-popolazzjoni ma kinux qed jirriferu ghall-importazzjoni ta’ haddiema barranin u mhux ghal dawk li jigu salvati minn fuq il-bahar.