Where your opinion counts

Matul il-kampanja elettorali Randolph Debattista kellu clashes kbar ma’ Robert Abela u martu u dawn il-clashes iddeġeneraw f’tgħajjir.

Din il-ġimgħa rajna storja dwar kif l-eks-CEO tal-Partit Laburista George Azzopardi iddaħħal fuq il-payroll tal-Gvern ftit qabel ma nħatar CEO tal-PL. Ma tridx tkun xi bozza tal-għerf biex tifhem li dan limpjieg fantażma ngħata biex George Azzopardi jkun jista’ jkollu introjtu filwaqt li jagħmel xoghol għall-Partit Laburista. Kunflitt ta’ interess ċar li ma dejjaqx lil Robert Abela u li sal-ġurnata tal-lum għadu ma nissilx kelma dwarha. Infakkar li din l-istorja ħareġ fuq Shift News.

George Azzopardi ma tantx brilla f’dan l-irwol ta’ CEO tant illi tneħħa minkejja li kien wieħed minn dawk li appoġġja lil Robert Abela fil-kampanja tal-leadership kontra Chris Fearne jiġifieri meta kien hemm l-elezzjonijiet għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista.

Minfloku nħatar Randolph Debattista, persuna li ma appoġġjatx lil Robert Abela għat-tmexxija ta’ Kap u li kellu diversi clashes ma’ Robert Abela u martu Lydia f’dawk il-ġimgħat tal-kampannja elettorali fejn saħansitra iddeġeneraw f’tgħajjir.

X’wassal biex Randolph Debattista jigi fuq il-good books ta’ Robert Abela jibqa’ misteru kbir għalkemm hemm diversi teoriji. Robert Abela għandu ħabta jweġġa’ bid-deċiżjonijiet tiegħu lin-nies li appoġġjawh filwaqt li jaġevola nies oħra li ma kinux miegħu.

Ta’ min jgħid li Randolph Debattista mhux biss inħatar fl-irwol CEO iżda saħansitra ngħata siġġu parlamentari biex aktarx bħal fil-każ ta’ George Azzopardi jkollu mod ta’ kif jikkumpensah finanzjarjament. Ikun interessanti nkunu nafu hux jitħallas ukoll mill-Partit Laburista over and above l-onorarja ta’ MP għal dan ix-xogħol ta’ CEO.

Skont ma jintqal mil-Laburisti stess, Randolph Debattista ma tantx itajjar nar f’dan l-irwol għaliex aktar moħħu biex juża l-kariga biex jimbotta lilu nniffsu mal-elettorat u jimbotta l-partner tiegħu, l-MEP Cyrus Engerer, milli jagħmel xogħol tal-partit. Ma tantx ukoll għamel suċċess fil-progett Thejournal.mt tant li din m’għadiex għaddejja bil-pubblikazzjonijiet ta’ artikli online ta’ propoganda bl-Ingliż.

Il-Partit Laburista ilu sa minn wara l-elezzjoni jitlef l-appoġġ tan-nies. Dan ma tantx hu ċertifikat pożittiv għal Robert Abela u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista li għandha fil-quċċata tagħha lill-perit Daniel Micallef, Ramona Attard u l-istess Randolph Debattista. L-ironija hija li dawn it-tlieta, flok jirrikonoxxu n-nuqqasijiet tagħhom bhal donnhom jippretendu li MPs u d-delegati jagħmlulhom xogħolhom mal-grassroots Laburista. Dawn jippretendu li l-MPs Laburisti joqgħodu jiġru wara n-nagħaġ il-mitluf filwaqt li huma jibqgħu paxxuti jdaħħlu l-flus minn entitajiet u dipartimenti tal-Gvern.

Randolph Debattista.

One thought on “Matul il-kampanja elettorali Randolph Debattista kellu clashes kbar ma’ Robert Abela u martu u dawn il-clashes iddeġeneraw f’tgħajjir.

  1. Illum il-Partit Laburista għandu problema ta’ kredibilita’ bħal ma għandu l-PN. Jidher li llum għandha ġenerazzjoni ta’ nies li aktar moħħhom fil-glorja tagħhom, li jkabbru l-karriera tagħhom u jaqgħu kemm jifilħu flus! Spiċċat darba għal dejjem il-ġenerazzjoni ta’ attivista u uffiċjali li verament iħobbu l-partit u jaħdmu sabiex il-prinċipji li jemmnu fihom jiġu mwettqa. Nies li lesti jagħtu u mhux moħħhom x’ser jakkwistaw!!!!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *