Is-sajjieda rrabbjati għal Alicia Bugeja Said

Is-sajjieda llum huma rrabbjati ghas-segretarju parlamentari Alicia Bugeja Said. Id-diskors fost is-sajjieda huwa li uriethom id-debba u qabżithom il-ħmara. L-inkwiet ġej mill-fatt li dawret ruħha b’nies li ma jimpurtahomx mis-sajjieda imma mill-big businessmen fis-settur tas-sajd. Qabel ma saret segretarju parlamentari kienet titkellem fuq numru ta’ issues li kienu ta’ uġiegħ ta’ ras għas-sajjieda, imma mbagħad. meta leħqet Segretarju Parlamentari għas-Sajd, dawn l-issues ma ttakkiljathomx aktar.

Fuq livell ta’ xogħol, wieħed irid jiftakar li Alicia Said Bugeja kellha inkwiet meta kienet taħdem mal-Fisheries, għaliex marret kontra l-policies tad-dipartiment tas-sajd ta’ dak iż-żmien. Darba taħt in-Nazzjonalisti u saħansitra darba taħt il-lejber. Imbagħad sabet ruħha direttur taħt Bjorn Callus. Min hemm bdiet il-karriera politika tagħha. Illum hija għandha ħafna obbligi lejn Bjorn Callus, li issa spiċċa taħtha bħala Segretarja Parlamentari.

Qatt daqs illum, is-sajjieda ma huma daqshekk ħażin u jħossuhom abbandunati minn kulħadd, għaliex illum, l-anqas hemm ħajt ta’ kenn fl-Oppożizzjoni. Li ġara li dan il-gvern qiegħed jiffavorixxi xi erba’ sajjieda li llum jinsabu komdi bis-sistema abbużiva li qed imexxi d-Dipartiment, speċjalment fis-settur tat-tonn għas-skapitu ta’ sajjieda ġenwieni. Fil-verita’, Alicia Bugeja Said illum qegħdha fil-but tal-fish farms askapitu ta’ sajjieda onesti. Fuq kollox, kienu l-kumpaniji tal-fishfarms li tawha l-eluf għall-kampanija elettorali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *