Missier deputata Laburista jintbagħat jaħdem bħala “kunsulent” il-ħabs

Missier id-deputata Laburista Davinia Sammut Hili ntbagħat jaħdem il-ħabs bħala “konsulent”. Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li s-Surġent Christopher Sammut intbagħat jaħdem il-ħabs u qed jieħu ħsieb is-sigurtà, imma id-Direttur qal li “dan qed jiġi hawn bħala konsulent“.

Is-sorsi tagħna qalulna li l-ispetturi korrettivi li ilhom is-snin jaħdmu l-ħabs u li bħala rank jiġu ħafna għola mis-Surġent Sammut huma rrabbjati ħafna għall-Ministru Byron Camilleri li fi kliemhom lill-uffiċjali korrettivi ma tantx iniżżilhom.

Komplew jgħidulna li r-risorsi li hemm fi ħdan l-uffiċjali tal-ħabs dejjem jitwarrbu u dejjem jiġu umiljati mill-Ministeru tal-Intern billi jibgħatu persuni bħas-Surgent Christopher Sammut biex jagħmel ix-xogħol tagħhom minkejja li qatt ma ħadmu l-ħabs.

Ta’ min wieħed jistaqsi jekk is-Surgent Christopher Sammut hux qed idaħħal paga oħra apparti dik tà pulizija talli qed jagħmel dan ix-xogħol ġewwa l-ħabs? Imbagħad tibqa’ skantat meta tismà lill-Kummissarju tal-Pulizija jgħid li m’għandux nies biex jaħdem tant li għalaq nofs l-għases tal-pulizija u waħħal intercom. Imma mbagħad l-istess Kummissarju tal-Pulizija għandu n-nies x’jibgħat il-ħabs, bħal dan is-surġent, meta m’hemmx bżonnu għax hemm nies kwalifikati iktar minnu u tal-esperjenza iktar minnu għal dak ix-xogħol.

Imma għall-Ministru Byron Camilleri dan mhux importanti. L-iktar ħaġa importanti li qiegħed wieħed minn tal-qalba u ġie jaqa’ u jqum li ser jurta l-ispetturi korrettivi li ilhom snin il-ħabs u li xogħolhom dejjem għamluh sew u bir-reqqa.

One thought on “Missier deputata Laburista jintbagħat jaħdem bħala “kunsulent” il-ħabs

  1. Xejn ġdid f’din l-istorja! Tkompli l-kultura ta’ nepotiżmu, favoritiżmu, lagħqiżmu, ħbieb tal-ħbieb u l-aqwa li kulħadd kultent u kulħadd ferħan għal tal-qalba. Mill-bqija l-oħrajn jibqgħu jittewbu!!!! Din hija l-kultura li jridu ngħixu biha l-politiċi tagħna u minħabba fiha qerdu pajjiż!!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *