L-għajta hija li tat-Toyota xtraw il-post ta’ The Times fl-Imrieħel

Smajtha ċċaqċaq aktar minn darba. Kulħadd jaf li x-showroom tat-Toyota jinsab f’Ħaż-Żebbuġ.

Issa qed jingħad li tat-Toyota ser jimxu u jmorru l-Imrieħel. Is-sit li ser imorru fiha hija dik fejn illum hemm The Times. Fi kliem ieħor, The Times ser ikunu qed ibiegħu l-post fejn fih joperaw jew parti minnu biex dan isir showroom u post ċentrali minn fejn joperaw tat-Toyota inkluż it-tiswija tal-karozzi.

Wieħed irid jiftakar li The Times bnew il-binja tagħhom fl-Imrieħel biex ikabbru l-operat tal-istampar tagħhom. Qabel kienu l-Belt u marru l-Imrieħel biex ikollhom post ikbar. Ġara li din l-operazzjoni litteralment falliet lil The Times. Illum The Times ma għadhiex tipprintja aktar il-gazzetta, imma l-printing ta’ The Times qed isir minn Miller.

B’hekk din hija binja kbira li The Times għandhom u mhux qed tintuża. Fuq kollox, hu fatt magħruf li din l-operazzjoni kollha minn The Times biex jimxu mill-Belt għall-Imrieħel falliet lil The Times minbarra l-ħafna korruzzjoni li kien hemm marbuta magħha imma ta’ The Times qatt ma riedu jitkellmu dwarha. Taf int, dawn jitkellmu fuq il-korruzzjoni ta’ kulħadd barra dik tagħhom.

Min-naħa tagħhom, l-għajta hija li Tat-Toyota jixtiequ jiżviluppaw iż-żona li ghandhom f’torri bħal ma għamlu ta’ Gasan, Bħal dejjem, hawn ser tintlagħab l-istess logħba li jitolbu għal torri ta’ ħafna sulari biex imbagħad jinżlu ħalli jingħad ara kemm aħna nibżgħu għall-ambjent.

Nistennew li jkun hemm konferma jew ċaħda ta’ dan kollu li llum qed jingħad minn aktar minn post wieħed.

2 thoughts on “L-għajta hija li tat-Toyota xtraw il-post ta’ The Times fl-Imrieħel

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading