Malta mhix il-bogħod minn Iżrael: anki hawn ser naslu għall-punt li ma tkunx tista’ ssemmi l-isem ta’ Ġesu’ Kristu
Minn Edwin Vassallo
F’Iżrael għaddejja bħalissa din il-liġi li tagħmel illegali li wieħed jitkellem dwar Ġesu’ Kristu f’dan il-pajjiż. Dwar din l-istorja kitbet Marica Micallef f’wieħed mill-bloggs tagħha fuq dan is-sit. Hija ħasra li l-media f’Malta, li tridha bħala il-leħen tal-liberta’, ma tgħidx xejn dwar dan. U għaliex ma titkellimx? Għaliex f’Malta u Għawdex ma għandniex għaliex nistgħaġbu? Aħna ma aħniex il-bogħod li niġu fl-istess sitwazzjoni u nibgħatu l-ħabs Kristjani li jitkellmu fuq Kristu. Fil-qrati tagħna ġa ttellgħu nsara, jiġifieri persuni ta’ twemmin Kristjani, talli kienu xhieda tal-fidi tagħhom fi Kristu. Rajna qassisin jittellgħu l-qorti, fuq skuża jew oħra, bil-media tal-liberali tipprova tkissirhom. Rajna lajk jittella’ l-qorti għax qal li ma għadux gay u biddel l-opinjoni tiegħu dwar kif kien jaħsibha dwar il-ġeneru tiegħu.
Mela llum persuna f’Malta ma tistax titkellem fuq dak li tkun għaddiet minnu għaliex din ser tkun msejħa “conversion therapy“. Din hija sarima fuq l-espressjoni tal-kelma. Is-sarimi hekk jibdew. Jiddaħħlu bil-mod, sakemm il-bniedem jibda’ jaċċettahom. Illum wieħed ma jistax jitkellem fuq konverzjoni tal-gays, jiġifieri wieħed ma jistax jitkellem fuq f’jgħid Alla nnifsu fil-Bibbja: “Taħsbu intom li jien irid il-mewt tal-bniedem midneb? Jgħid Sid is-Sidien. “Dażgur li le. Jien irid li jiġi lura minn ħtijietu u jgħix.” (Eżekjel 18.23) Għada wieħed ma jistax jitkellem fuq konverzjonijiet oħra jew addirittura fuq l-istess Bibbja li finalment hija s-sors wara l-konverzjoni ta’ kull persuna li l-istess bibbja tqies li għamel id-dnub kemm jekk marbut maż-żina jew xi dnub ieħor.
Sallum, jien għadni ma nistax nifhem kif wara din il-liġi kien hemm il-qbiel tal-Partit Nazzjonalista, dak l-istess partit li sa ftit ilu kien magħruf bħala l-Partit Demokristjan. Kif qalli ħabib tiegħi: “Partit Demokristjan f’Malta jivvotta għal-liġi li tista’ tibgħat il-ħabs Kristjani li jagħtu xhieda ta’ ħajjithom u dan għax jgħidu li reġgħu lura għall-ġeneru oriġinali tagħhom wara li sabu lill-Kristu”.
Din il-liġi issibha f’pajjiżna biss. Sa fejn naf jien, imkien fl-Ewropa ma hawn liġi bħal din. Hemm min jgħidli biex nitkellem aktar u hawn min jixtieq li jien niskot u ma nitkellemx. Jien ser inkompli nitkellem. Għalija din il-liġi hija, fiha innifisha, diskriminatorja. Din hija liġi li tmur kontra l-istess kostituzzjoni tagħna li tiggarantixxi l-liberta’ reliġjuża u dik tal-espressjoni. Din hija liġi li tmur kontra d-dritt fundamentali tal-bniedem għall-espressjoni ħielsa. Din hija liġi tintenn minn kull aspett tagħha għaliex tnaqqas il-liberta’ tal-persuna milli tixhed għal dak li temmem fih. Din hija liġi maħsuba biss biex tagħlaq ħalq persuni nsara.
Ejjew ma nistgħaġbux x’qegħdin jagħmlu l-Lhud f’Iżrael. Hawn f’Malta, id-deputati tagħna, mingħajr distinzjoni ta’ partiti, jgħidu li huma nsara u tarahom fuq quddiem fil-quddiesa tal-festa jew iżuru l-wirjiet tal-arti sagra f’dawn iż-żmien ta’ festi tal-Għid, imbagħad ma jiddejqux jivvutaw favur liġi maħsuba li tbeżża’ bil-ħabs jew b’multi persuni li lesti jkunu xhieda tal-bxara t-tajba ta’ Ġesu’ Kristu. Dan hu dak li qed tagħmel din il-liġi tal-“conversion therapy”. Tibgħat il-ħabs jew tweħħal multa lil min jitkellem dwar kif Alla biddillu l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Din hija liġi li tipprova tibgħat il-ħabs persuni li jridu jgħixu l-ħajja sesswali tagħhom skont it-tagħlim tal-Bibbja.
Le tistgħaġbux, m’aħniex il-bogħod minn Iżrael.


U l-oppozizzjoni, jew ma tghid xejn, jew taqbel mal-gvern.
Mela jistu jalqu lpknejjes kollha f’Israel, inklus is-Sepulkru Mqaddes! Ma nafx kemm hi veru din. Jekk jigri hekk, tlett kwarti tat-turizmu lejn Izrael jispicca fix-xejn. U Natenyahu mhux hekk qal kemm ‘il darb, izda li l-uniku pajjiz li jittollera t-wemmin divers huwa propju Izrael u hekk se jibqa. Qed nghid dan ghax insegwi sew lil Natenyahu u l-politika Izraeljana. U anke qrajt il-bijografija tieghu fi ktieb bil-firma tieghu, li ghadha kif harget dan l-ahhar.
Mela jistu jalqu l-knejjes kollha f’Israel, inkluz is-Sepulkru Mqaddes! Ma nafx kemm hi veru din. Jekk jigri hekk, tlett kwarti tat-turizmu lejn Izrael jispicca fix-xejn. U Natenyahu mhux hekk qal kemm ‘il darba, izda li l-uniku pajjiz li jittollera t-twemmin divers fil-Lvant nofsani huwa propju Izrael u hekk se jibqa. Qed nghid dan ghax insegwi sew lil Natenyahu u l-politika Izraeljana. U anke qrajt il-bijografija tieghu fi ktieb bil-firma tieghu,’Bibi’, li ghadha kif harget dan l-ahhar.
Il-verita hi li hafna nies ta’ religjon Lhudija qieghdin jaccetaw il-Yeshua Hamashiach Gesu il-Messija. Issib hafna fuq il-YouTube u bloggers li juru din i-verita.
Issa gara li hemm zewg membri parlamentari Israeljani religjuzi akkaniti li qieghdin jaraw dan jigri, allura irrejagixxew billi resqu din i-proposta bazwijja ta’ ligi.
Pero, li mhux qieghed jinghad hu ir-risposta tal-prim ministru tal Israel, Binyamin Netanyahu, lill dawn il-membri tal-Knesset: Qallhom hekk: L-insara huma l-ikbar hbieb tal-Israel. Li ma kienux l-Insara kieku l-Izreal ma jezisitix.
Ezempju ta’ Lhud insara (Messianic Jews jissejhu bl-ingliz):
https://www.jewishvoice.org/learn/who-is-yeshua
YouTube fittxu: Johnatan Cahn, James Tour, u hafna ohrajn.
Ukoll, din hafna ma jafhuwiex: Gewwa l-Izrael minn zmien l-Appostli kienu u baqghu jezzistu Lhud li jemmnu bhalna l-Insara li Kristu hu l-Messija, l-iben t’Alla imma baqghu bil=liturgija Bibblika antika. Dawna huma il-Lhud li baqghu jighxu gewwa l-Izrael jistennew lill-Lhud kollha jirritornaw lura lejn l-Izrael kif kiem ipprovetizzat fi-Bibbja.