L-istorja ta’ Matthew Grech spiċċat fuq CBN News – Stazzjon ta’ ispirazzjoni Kristjana fl-Istati Uniti

Qed inġib intervista li Matthew Grech ta lil CBN News. Dan hu stazzjoni reliġjuż Amerikan. Il-preżentatur mhux biss skanta kif persuna bħal Matthew Grech spiċċa l-qorti minħabba dak li qalet dwar kif kien gay u ma baqax, imma skanta aktar li anki l-preżentaturi ta’ programm li kienu qed jintervistawh spiċċaw akkużati fil-qorti. Ara hemm l-IGM u l-PEN ma jitkellmux. L-għaqda PEN titkellem biss favur dawk li jiksru l-liġijiet meta jaqbel lilhom.. Ara fuq liġi bħal din li qed tagħmilha anki llegali għall-ġurnalisti li jintervistaw persuni li kienu gay u ma baqgħux ma jgħidu xejn. Dawn huma l-liġijiet qed jagħmlu ħafna ħsara lil Malta.

L-Ewropa ma tgħallmet xejn mill-gwerer reliġjużi tas-seklu sbatax. Issa għaqdiet tal-gays spiċċaw fi gwerra kontra min jemmen. Waqt li fid-diskors ta’ Matthew Grech tinħass tenzjoni interna bejn l-grupp reliġjuż tiegħu u l-Knisja Kattolika, dan ir-raġel huwa vittma ta’ liġi li qed tattakka t-twemmin Nisrani u fuq kollox id-dritt tal-media li tistaqsi dwar dan l-affarijiet. U l-għaqdiet tal-ġurnalisti Malti ma jitkellmu xejn dwar dan il-fatt. Dawn huma sitwazzjonijiet li ħa jagħmlu ħsara lill-kommunita’ gay u mhux ġid. CBN News ġa qalha li ser ikompli jinvestiga u jitkellem dwar din l-istorja.

One thought on “L-istorja ta’ Matthew Grech spiċċat fuq CBN News – Stazzjon ta’ ispirazzjoni Kristjana fl-Istati Uniti

  1. Issa l’Arcisqof ser jaghmel dimostrazzjoni gewwa l-Belt b’hala turijja ta solidarjeta ma Dan ir ragel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *