Il-Knisja Kattolika fil-Ġermanja Qegħdha fi Stat ta’ Xiżma

Minn Romegas

Ma nistax nara mod ieħor kif tista’ tiddeskrivi t-triq li qabdet il-Knisja Kattolika fil-Ġermanja. S’issa din ix-xiżma mhix waħda formali iżda m’hemmx dubju li issa l-Knisja Kattolika Ġermaniża għażlet li tħaddan twemmin li jmur dijametrikament kontra t-tagħlim tal-Knisja Universali, u dan bi sfida diretta lejn l-awtorità tal-Papa.

Ta’ min ifakkar li l-Vatikan kien ħareġ stqarrija formali twissi l-isqifijiet Ġermaniżi biex ma jkomplux joħolqu diviżjoni fi ħdan il-Knisja u li ‘l hekk imsejjaħ proċess sinodali fil-Ġermanja ma kellu l-ebda awtorità fuq kwistjonijiet ta’ dogma u morali.

Infakkru wkoll li l-Papa Franġisku nnifsu kien wissa l-Knisja fil-Ġermanja meta qal:

“Ngħid lil-Kattoliċi fil-Ġermanja li l-Ġermanja diġà għandha Knisja Protestanta u jien ma rridx oħra…”

Mir-rapport ta’ Jonathan Liedel fin-National Catholic Register, nitgħallmu li ħafna mill-isqfijiet Ġermaniżi ġew jaqgħu u jqumu kemm mill-awtorita’ tal-Papa kif ukoll mill-għaqda fi ħdan il-Knisja Kattolika:

Delegates of the German Synodal Way on Saturday overwhelmingly passed measures to change Church practices based on transgender ideology and to push the universal Church to ordain women to the sacramental diaconate.

The votes took place on the final day of the process’ concluding assembly, held in Frankfurt March 9-11. On previous days, delegates voted overwhelmingly to adopt same-sex blessings, normalize lay preaching, and ask Rome to “re-examine” the discipline of priestly celibacy.

Aktar:

The implementation text “Dealing with gender diversity” passed with support from 96% of the 197 voting delegates. Thirty-eight bishops voted for it, while only seven voted against it. Thirteen abstained from voting.

Consistent with a pattern running throughout the assembly, there would have been enough votes to block the measure if those abstaining had voted against it. Critics of the Synodal Way say that organizers’ removal of the secret ballot has created a fear-driven atmosphere that has prohibited many bishops from voting freely.

The resolution calls for “concrete improvements for intersex and transgender faithful,” including changing baptism records to match someone’s self-identified gender, banning one’s gender identity from consideration for pastoral ministerial roles, and mandatory education for priests and church employees to “deal with the topic of gender diversity.” Intersex refers to people born with mixed sexual characteristics.

The text also bars “external sexual characteristics” from being used as a criterion for “accepting a man as a candidate for the priesthood,” a measure that could open the door for attempted ordinations of women.

U aktar:

Gregor Podschun, the head of the heterodoxical Federation of German Catholic Youth, said the claims of gender ideology were “a scientific fact,” and that the Church’s denial was causing people to commit suicide. Julianne Eckstein, a professor of theology at the Johannes Gutenberg University of Mainz, claimed that the book of Genesis was an inadequate basis for questions of sexual anthropology. And Viola Kohlberger, a young adult from Augsburg, said that there is no “norm” for gender and that the tradition of the Catholic Church was holding back progress.

And I would like to break it today,” she said.

When the vote passed, delegates stood to applaud, while some unfurled rainbow flags expressing support for homosexuality and transgender ideology.

M’għandniex xi ngħidu li xejn minn dan il-ħsieb ideoloġiku m’għandu x’jaqsam mat-tagħlim morali tal-Knisja Kattolika. Issa l-ballun qiegħed f’idejn il-Papa. Ser jintervjeni? Jekk Ruma tittolera dawn il-pożizzjonijiet eretiċi (u rridu nżommu f’moħħna – jekk taqraw ir-rapport kollu, li dawn ix-xiżmatiċi stqarrew li “dan għadu l-bidu!”), allura l-Vatikan ikun qed iżeblaħ kemm it-tagħlim kif ukoll l-awtorità tal-Knisja Kattolika.

Jekk il-Papa mhux ser jiddefendi it-tagħlim Kattoliku kif inhu obbligat bħala gwardjan tad-Depożitu tal-Fidi, x’messaġġ ser ikun qed jibgħat lil Knisja Universali? – li l-Knisja lanqas għadha temmen f’dak li dejjem ippriedkat mill-bidu? Li m’għadhiex temmen fiha nnifisha?

Jekk il-Papa jintervjeni jaf jitlef il-Ġermanja, waħda mill-aktar Knejjes għanjin fid-dinja iżda jekk ma jintervjenix b’mod deċisiv u ma jaqtax dan il-kankru Ġermaniż ikun qed jinfetta’ u jissogra jew li jitlef il-Knisja minn bnadi oħra tad-dinja jekk mhux ukoll il-mewt tal-Knisja kollha. Il-Papa jrid jifhem li l-Knisja u l-isqifijiet ġewwa l-Ġermanja huma de facto diġà mitlufa u wara kollox il-Knisja tista’ tgħaddi mingħajr ir-rikkezzi tal-knisja Ġermaniża (li għandha dħul obbligat bil-liġi permezz ta’ taxxa fuq il-fidili) – wara kollox ħadd ħlief mill-Papa stess ta’ spiss ifakkarna li “x-xitan jidħol mill-but”.

Minkejja li ħafna mill-mexxejja Kattoliċi fil-Ġermanja, jidhru li tilfu l-fidi, dan ma jfissirx li ma baqax numru sostanzjali ta’ aderenti Ġermaniżi fidili lejn kemm il-maġisteru kif ukoll lejn l-awtorità ta’ Ruma u dawn m’huma ser jiddejqu xejn jappartjenu f’Knisja iżgħar u ifqar iżda awtentika.

Ta’ min jgħid ukoll li jekk il-Papa mhux ser jintervjeni b’mod deċisiv, ser ikun qed jagħmel il-possibbiltà ta’ għaqda eventwali bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa impossibbli. Il-firda bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa seħħet primarjament (apparti interessi politiċi ta’ dawk iż-żminijiet) fuq nuqqas ta’ ftehim fuq kwistjonijiet teoloġiċi li jidhru banali – ngħidu aħna il-kwistjoni li  tikkonċerna l- ‘Filioque’ – fejn l-Ortodossi jemmnu li l-Iben u L-Ispirtu Santu mnissla mill-Missier mentri l-Kattoliċi jemmnu li l-Ispirtu s-Santu mnissel kemm mill-Missier kif ukoll mill-Iben u jekk l-Ewkaristija għandhiex ikollha ħmira jew le ġewwa fiha. Jekk dawn il-Knejjes sabu ostakli bħal dawn li ħallewhom mifruda, aħseb u ara x’ser jiġri jekk il-Knisja Kattolika taddotta ideoloġiji radikali bħalma hi dik tat-transgender, ideoloġija li ġġib fix-xejn il-kunċett antropoloġiku kollu tal-Kristjaneżmu!

Il-Knisja Kattolika tinsab fi kriżi u għandha bżonn ħafna u ħafna talb; il-Papa jinsab f’sitwazzjoni diffiċli fejn id-deċiżjonijiet għandhom konsegwenzi enormi. Din mhix sitwazzjoni ġdida għall-Knisja li fl-istorja tagħha kellha taffronta ħafna movimenti eretiċi bħall-Arjaniżmu, il-Monatiżmu, il-Pelaġjaniżmu u l-Gnostiċiżmu biex ma nsemmux il-Protestantiżmu fost ħafna oħrajn – iżda l-mexxejja tagħha u l-providenza Divina għinuha dejjem tieħu d-deċiżjonijiet mnebbħin mill-verità u għalhekk għadha għaddejja b’saħħita sal-lum.

Imma llum l-Knisja Kattolika mhux sempliċiment ikkonfrontata minn punti teoloġiċi iżda minn ideoloġija, li trid teqred il-verità tal-Vanġelu.

Il-mibki Papa Benedettu dan kien għarfu u f’ittra qasira li kiteb lill-politikant u awtur Slovakk tal-ktieb “The Lions Are Coming: Why Europe And America Are Heading for a New Tyranny” fl-2015, kellu dan xi jgħid:

“Man sieht, wie die Macht des Antichrist sich ausbreitet, und kann nur beten, dass der Herr uns kraftvolle Hirten schenkt, die seine Kirche in dieser Stunde der Not gegen die Macht des Bösen verteidigen.”

Jiġifieri:

“Qed naraw kif il-poteri tal-Antikrist qed jespandu, u kulma nistgħu nagħmlu huwa li nitolbu lill-Mulej sabiex jagħtina rgħajja b’saħħithom li kapaċi jiddefendu lill-Knisja tagħhom f’din is-siegħa tal-prova kontra l-qawwa tal-ħażen.”

Tassew – il-Knisja qatt ma kellha bżonn talb daqs illum – u jekk għandkom xi dubju biżżejjed taraw lil dan:

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *