Protesta kontra l-Proġett ta’ Hili: ir-Repubblichini u sħabhom ta’ Occupy Justice ma jeħdux sehem
Saret protesta quddiem l-offiċini ta’ Hili Group kontra il-proġett ta’ Kemmuna. L-organizzazzjonijiet li ipprotestaw kienu Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Nature Trust – FEE Malta, u Ramblers Association Malta.
Wieħed jinnota in-nuqqas tar-Repubblichini u sħabhom ta’ Occupy Justice. Wieħed jistaqsi, għaliex ir-Repubblichini ma jitkellmux kontra dan il-proġett? Jaqaw ta’ Hili huma wieħed mill-parrini tagħhom? Jaqaw ir-Repubblichini jemmnu biss fir-Rule of Law meta l-investitur jew il-kuntratur ikun xi kompetitur ta’ Hili Group? Niftakru kemm kienu għamlu plejtu fuq il-proġett tal-ITS imma fuq tal-Corinthia jew fuq ta’ Hili jaqa’ silenzju kbir fuqhom.
Bl-istess ħsieb wieħed jistaqsi fejn huwa l-Partit Nazzjonalista? Possibbli dan il-proġett ma jweġġax lil dan il-partit immexxi minn Bernard Grech? Possibbli li jsir proġett qawwi fuq art meqjusa bħala riserva naturali ma jinkwietax lill-Partit Nazzjonalista?
Dawn l-attivisti ġejjien minn seba’ organizzazzjonijiet ambjentali reġgħu ngħaqdu f’konferenza stampa fejn reġgħu talbu għar-rivokazzjoni tal-applikazzjoni kontroversjali. Infakkar li kien dan is-sit li beda jitkellem kontra dan il-proġett. Dawn l-għaqdiet qalu li dan il-proġett sejjer kontra l-ispirtu ta’ riserva naturali li għalih dejjem issemmiet Kemmuna.

Dawn l-attivisti staqsew x’ser terbaħ is-soċjeta’ Maltija minn proġett bħal dan? Ma hemm ebda argument loġiku li jikkonvinċi lill-poplu Malti u Għawdxi li dan il-proġett hemm bżonnu. L-attivisti qalu li huma reġgħu ngħaqdu u ibbekkjati minn eluf ta’ oġġezzjonijiet għadhom jaħsbu li dan huwa proġett li ser inaqqas żona kbira ta’ riserva naturali.
L-organizzazzjonijiet fakkru lil Hili Group li dan il-proġett ma hu popolari xejn, tant li kellu 13,500 firma ta’ oġġezzjoni li ntbagħtu lill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Għall-inqas nieħdu gost naraw, li waqt li l-Partit Nazzjonalista ma tkellem xejn fuq din il-protesta, Adrian Delia ma ddejjaqx juri li ma jaqbilx miegħu. Adrian Delia kellu jkun l-uniku wieħed li għandu saħħa morali li jitkellem kontra dan l-iżvilupp ġewwa Kemmuna. Issa wieħed jifhem għala r-Repubblichini u ta’ Occupy Justice u Manuel Delia ħadmu biex itajru lill-istess Adrian Delia minn kap tal-partit!
Biss anke min-naħa tal-Partit Laburista ma kien hemm ebda kumment, ħlief dak tas-Sindku tal-Qala li huwa sindku Laburista, imma huwa bniedem onest u għandu għall-qalbu l-ambjent Malti.